Jekk wiehed jimxi minn passagg fir-raba’ minn Ghajn Lukin, jasal fuq post maghruf bhala Santa Verna. Hawnhekk insibu fdalijiet strutturali msejha Ta’ Santa Verna. Dan huwa tempju neolitiku iehor fix-Xaghra li nstab fl-1911 u gie mikxuf sewwa fl-1912. Illum kull ma jidher minnu hu xi blokki kbar tal-gebel ghax biz-zmien rega’ gie mghotti bit-terrapien.
Fost l-oggetti li nstabu f’dan il-post u li huma sbieh hafna nsibu znied, zibeg, skieken, u borom li huma ta’ 3400 sena qabel Kristu u li fl-ebda post iehor Malta jew Ghawdex ma nstabu bhalhom. Meta dan il-post gie mikxuf dehru hames partijiet li kien fihom speci ta’ kwiener, fdal ta’ l-ikel, irmied u borom li kollha juru li kienu ta’ Zmien il-Hagar. Instab ukoll xi ghadam ta’ nies u skeletri li regghu gew midfuna f ‘post li jidher li kien speci ta’ cimiterju.
Milli jidher, niesna tal-qedem ghazlu dan il-post minhabba li minn hemm wiehed kien jista’ jara parti kbira tal-gzira ta’ Ghawdex u anke l-bahar Mediterran li jdawwarha..
Barra minn dan it-tempju, nafu wkoll mill-istorja li l-familja Novarra, wahda minn fost il-familji nobbli li kienu ghazlu ir-rahal tax-Xaghra bhala l-post ta’ villeggjatura. Is-Sur Ugolino Novarra, Ghawdxi imma ta’ origini Sqalli, fis-sena 1265 bena kappella vicin il-fdalijiet tat-tempju li kien iddedikat lill-allat foloz. Il-kappella iddedikaha lil Santa Verna, qaddisa ferm meqjuma f’Acireale, Sqallija. Probabbli li l-inhawi hadu isimhom minn din il-kappella.