Xaghra Parish » Gallery » 2008 » 25 JUN 08 SILVER JUBILEE FR EMM BONELLO IN MELBOURNE

25 JUN 08 FR EMMANUEL BONELLO 25 SENA SACERDOT Jirraporta Paul Vella minn Melbourne Nhar l-Erbgha, 25 ta; Gunju, 2008, Fr. Emmanuel Bonello, Kappillan fil-Parrocca ta; San Guzepp Haddiem, North Reservoir, iccelebra l-hamsa u ghoxrin sena minn meta sar Sacerdot. Fr Bonello twieled fil-21 ta;Jannar, 1956 fix-Xaghra, Ghawdex. Il-genituri tieghu kienu Guzeppi Bonello u Rita, nee` Buttigieg, illum it-tnejn mejtin. Huwa t-tmin wiehed minn disa; wlied, li kollha ghadhom hajjin minbarra wiehed. Huma kienu joqghodu fi Pjazza l-Vitorja quddiem il-Knisja. Ghamel zmien bhala abbati u tista; tghid li kien matul dak iz-zmien li kibret f;qalbu x-xewqa li jsir Sacerdot ta; Kristu. Wara li attenda l-iskola Primarja u Sekondarja, huwa dahal fis-Seminarju Magguri tal-Qalb ta; Gesu` f;Ottubru ta; l-1974. Fis-sena intermedjarja, is-sena ta; mistrieh mill-istudju u biex jithallat fid-dinja ta; barra, Fr Bonello, qatta; sena fl-Awstralja, bejn Lulju ta; l-1979 u Awissu ta; l-1980, ezattament gewwa Melbourne, fejn kien jahdem f;fabbrika tal-kartun, f;North Sunshine. Flimkien mieghu kien hawn ukoll Fr Eddie Zammit. Wara li ghaddiet is-sena huwa rega; lura lejn Ghawdex fejn kompla l-ahhar tlitt snin fis-Seminarju. Fil-25 ta; Gunju ta; l-1983 kien ordnat sacerdot flimkien ma; erbgha ohra, mill-E.T. Isqof Nikol Guzeppi Cauchi, Isqof ta; Ghawdex, fil-Kattidral ta; Ghawdex. Fis-26 ta; Ottubru ta; l-istess sena, beda l-hajja tieghu sacerdotali fl-Arcidjocesi ta; Melbourne. Dak iz-zmien l-Arcisqof ta; Melbourne, Frank Little, kien qieghed Ruma, filwaqt li l-Vigarju Generali kien Mons. Peter Connors. Dan ta; l-ahhar ghandu tah il-kariga ta; assistant priest fil-Knisja ta; St. Brendan, Flemington fejn dam hemm biss tlitt xhur. Minn hemm mar fil-Knisja ta; St. Peter;s, East Keilor, fejn dam tltt snin bhala assistant priest. Wara huwa ghamel sentejn fil-Knisja ta; St. Fideles, Moreland u mbaghad qatta; hames snin fil-Knisja ta; St. Monica, Moonee Ponds. Minn hemm mar u ghamel sitt xhur fil-Knisja ta; San Guzepp Haddiem, North Reservoir. F;Lulju ta; l-1994, l-Isqof Joseph O;Connell, baghtu bhala Kappillan fil-Knisja fil-Parrocca ta; St. Thomas More, Hadfield. Wara tlettax-il sena hemmhekk, f;Lulju ta; 2007 gie trasferit minn Hadfield, lura lejn North Reservoir, u nhatar bhala Kappillan fil-Parrocca ta; San Guzepp Haddiem. Niftakar sewwa li meta saret ic-cerimonja biex jiehu l-pussess bhala Kappillan f;din il-parrocca, il-Knisja kienet mimlija u attenda wkoll l-Arcisqof ta; Melbourne, Denis Hart. Dan l-Arcisqof kien prezenti ghac-celebrazzjoni tal-Gublew tal-Fidda tas-Sacerdot Emmanuel Bonello. Ftit gimghat qabel kien ghamillu Vizta Pastorali fil-Parrocca. Ghall-festa tal-Hamsa u Ghoxrin Sena ta; Sacerdozju ta; Fr Bonello, Iktar minn hames mitt ruh imlew il-Knisja sabiha ta; San Guzepp Haddiem. Fosthom kien hemm il-parruccani ta; Reservoir, dawk ta; St. Thomas More, Hadfield, ohrajn minn parrocci ohra fejn serva, hafna hbieb u membri tal-familja, fosthom hutu Domitilla, Tony, Vitor u Charlie li tellghu l-offerti fil-quddiesa u l-familji taghhom, iz-zija Lorenza li giet minn Port Pirie, South Australia u l-kugin tieghu Joe Xerri li gie minn NSW. Prezenti wkoll kien hemm il-Konslu Generali ta; Malta fil-Victoria, is-Sinjura Angele Azzopardi u r-ragel taghha Tony, kif ukoll membri ta; hafna Ghaqdiet Maltin. Il-Vigarju Generali ta; Melbourne, Mons. Les Tomlinson u l-Isqof Awziljarju Emeritus ta; Melbourne, il-Wisq Rev. Joseph O;Connell it-tnejn attendew. Minn Malta gie Joe Borg, mix-Xaghra, Superjur tal-MUSEUM. Mhux inqas minn erbgha u ghoxrin sacerdot ikkoncelebraw il-Quddiesa ma; Fr Bonello, fosthom zijuh, Patri Vitor Bonello, OFM Conv., li ghadu kemm iccelebra l-wiehed u sittin sena sacerdot, hafna sacerdoti Maltin, Djocesani u minn tas-Socjeta` Missjunarja ta; San Pawl. Fl-Omelija tieghu, l-Isqof Mons Joseph O;Connell fahhar hafna lil Fr Bonello u tkellem fuq iz-zmien li servew f;parrocci girien ta; xulxin. Tkellem ukoll l-Arcisqof Mons Denis Hart, fejn ghal darb;ohra fahhar lil Fr Bonello u lill-familja tieghu fosthom lil zijuh Patri Vitor. Wara l-Quddiesa, Sister Michele Kennan, li kienet Pastoral Associate fil-Knisja ta; St. Thomas More, Hadfield, ipprezentat inkwatru kbir bil-Barka tal-Papa Benedittu XVI lil Fr Bonello, barka specjali moghtija mill-Qdusija Tieghu ghal l-okkazjoni. Hija ghamlet din il-prezentazzjoni minhabba li l-istess Barka tal-Papa kienet giet organizzata f;dik il-parrocca meta kien ghadu Kappillan hemm. Prezentazzjoni ohra ta; rigali saret mis-Sur Salvatore Miano, membru tal-Kumitat Liturgiku tal-Parrocca, f;isem il-parruccani kollha. Fl-ahhar Fr Bonello mbaghad ghamel diskors li fih irringrazzja lill-Isqof Emeritus ta; Ghawdex, Mons Nikol Guzeppi Cauchi, li kien ordnah sacerdot u rringrazzja wkoll lill-Isqof prezenti Mons. Mario Grech ghas-sapport lit a lilu u lis-sacerdoti Ghawdxin imsiefrin. Huwa jiftakar u jitlob ghall-erba; sacerdoti ohra li kienu gew ordnati mieghu hamsa u ghoxrin sena ilu, Fr Eddie Zammit, Fr Dominic Camilleri, Fr George Cordina u Fr Frank Sultana. Huwa wera l-gratitudni tieghu lill-mejjet Arcisqof Frank Little li kien laqghu fl-Arcidjocesi ta; Melbourne tas-sapport li ra minnu. Irringrazzja wkoll lill-Arcisqof prezenti, Mons Denis Hart, li unurah bil-prezenza tieghu, li zammu Melbourne u li fid-29 ta; Jannar ta; din is-sena, inkardinah fl-Arcidjocesi ta; Melbourne fejn sar membru tal-Kleru f;Melbourne, li hu jqis bhala l-aqwa knisja fid-dinja. Organista ghall-lejla kienet Angela Grasso, li kif qalilna Fr Bonello, kantat bi tliet lingwi: Ingliz, Taljan u Malti. Il-kant matul il-Quddiesa sar mill-Kor Taljan tal-Parrocca. Hassejna ruhna kburin hafna meta tkanta l-Innu Ismaghha l-Ghanja fejn irrealizzajna kemm kienet kbira l-folla Maltija fil-Knisja. Wara l-Barka mill-Arcisqof Hart, kulhadd mar fis-Sala l-gdida tal-Knisja fejn kien hemm riceviment sabih u fejn Fr. Bonello qasam kejk kbir ta; l-okkazjoni. Fis-sala saru prezentazzjonijiet ohra ta; rigali. Din kienet festa sabiha u memorabbli ghal Fr. Bonello, il-familja tieghu, hbiebu u l-parruccani ta; North Reservoir. Lill-Kappillan Fr Emmanuel Bonello minn qalbna nixtiequlu snin twal ta; hidma siewja fil-qasam tal-Mulej. AD MULTOS ANNOS.

A1 Fr Emmanuel Bonello in procession to the altar
A2 Concelebrants
A3 First Lesson Mary Bonello
A4 Second Lesson Emily Bonello
A5 the Gospel
A6 During the Offertory
A7 Fr Victor exchanges Messages of Peace
A8 Holy Communion
A9 Holy Communion
B1 hOLY cOMMUNION
B2 Arcbishop Denis Hart delivering his address
B3 During the Archbishop's address
B4 Fr Emanuel Bonello replies to the Archbishop's speech
B5 Arch Hart blesses the congregation
B6 Archbishop Denis Hart
B7 Archbishop Hart with well wishers
B8 Tony Bonello, Antoinette Bajada and Fr Emmanuel Bonello
B9 The Anniversary Cake
C1 Fr Emanuel cutting the cake
C2 Pope's Special Blessing

View Slideshow
Not yet rated