Xaghra Parish » Gallery » 2008 » 25 JUN 08 SILVER JUBILEE FR EMM BONELLO IN MELBOURNE
25 JUN 08 FR EMMANUEL BONELLO 25 SENA SACERDOT Jirraporta Paul Vella minn Melbourne Nhar l-Erbgha, 25 ta; Gunju, 2008, Fr. Emmanuel Bonello, Kappillan fil-Parrocca ta; San Guzepp Haddiem, North Reservoir, iccelebra l-hamsa u ghoxrin sena minn meta sar Sacerdot. Fr Bonello twieled fil-21 ta;Jannar, 1956 fix-Xaghra, Ghawdex. Il-genituri tieghu kienu Guzeppi Bonello u Rita, nee` Buttigieg, illum it-tnejn mejtin. Huwa t-tmin wiehed minn disa; wlied, li kollha ghadhom hajjin minbarra wiehed. Huma kienu joqghodu fi Pjazza l-Vitorja quddiem il-Knisja. Ghamel zmien bhala abbati u tista; tghid li kien matul dak iz-zmien li kibret f;qalbu x-xewqa li jsir Sacerdot ta; Kristu. Wara li attenda l-iskola Primarja u Sekondarja, huwa dahal fis-Seminarju Magguri tal-Qalb ta; Gesu` f;Ottubru ta; l-1974. Fis-sena intermedjarja, is-sena ta; mistrieh mill-istudju u biex jithallat fid-dinja ta; barra, Fr Bonello, qatta; sena fl-Awstralja, bejn Lulju ta; l-1979 u Awissu ta; l-1980, ezattament gewwa Melbourne, fejn kien jahdem f;fabbrika tal-kartun, f;North Sunshine. Flimkien mieghu kien hawn ukoll Fr Eddie Zammit. Wara li ghaddiet is-sena huwa rega; lura lejn Ghawdex fejn kompla l-ahhar tlitt snin fis-Seminarju. Fil-25 ta; Gunju ta; l-1983 kien ordnat sacerdot flimkien ma; erbgha ohra, mill-E.T. Isqof Nikol Guzeppi Cauchi, Isqof ta; Ghawdex, fil-Kattidral ta; Ghawdex. Fis-26 ta; Ottubru ta; l-istess sena, beda l-hajja tieghu sacerdotali fl-Arcidjocesi ta; Melbourne. Dak iz-zmien l-Arcisqof ta; Melbourne, Frank Little, kien qieghed Ruma, filwaqt li l-Vigarju Generali kien Mons. Peter Connors. Dan ta; l-ahhar ghandu tah il-kariga ta; assistant priest fil-Knisja ta; St. Brendan, Flemington fejn dam hemm biss tlitt xhur. Minn hemm mar fil-Knisja ta; St. Peter;s, East Keilor, fejn dam tltt snin bhala assistant priest. Wara huwa ghamel sentejn fil-Knisja ta; St. Fideles, Moreland u mbaghad qatta; hames snin fil-Knisja ta; St. Monica, Moonee Ponds. Minn hemm mar u ghamel sitt xhur fil-Knisja ta; San Guzepp Haddiem, North Reservoir. F;Lulju ta; l-1994, l-Isqof Joseph O;Connell, baghtu bhala Kappillan fil-Knisja fil-Parrocca ta; St. Thomas More, Hadfield. Wara tlettax-il sena hemmhekk, f;Lulju ta; 2007 gie trasferit minn Hadfield, lura lejn North Reservoir, u nhatar bhala Kappillan fil-Parrocca ta; San Guzepp Haddiem. Niftakar sewwa li meta saret ic-cerimonja biex jiehu l-pussess bhala Kappillan f;din il-parrocca, il-Knisja kienet mimlija u attenda wkoll l-Arcisqof ta; Melbourne, Denis Hart. Dan l-Arcisqof kien prezenti ghac-celebrazzjoni tal-Gublew tal-Fidda tas-Sacerdot Emmanuel Bonello. Ftit gimghat qabel kien ghamillu Vizta Pastorali fil-Parrocca. Ghall-festa tal-Hamsa u Ghoxrin Sena ta; Sacerdozju ta; Fr Bonello, Iktar minn hames mitt ruh imlew il-Knisja sabiha ta; San Guzepp Haddiem. Fosthom kien hemm il-parruccani ta; Reservoir, dawk ta; St. Thomas More, Hadfield, ohrajn minn parrocci ohra fejn serva, hafna hbieb u membri tal-familja, fosthom hutu Domitilla, Tony, Vitor u Charlie li tellghu l-offerti fil-quddiesa u l-familji taghhom, iz-zija Lorenza li giet minn Port Pirie, South Australia u l-kugin tieghu Joe Xerri li gie minn NSW. Prezenti wkoll kien hemm il-Konslu Generali ta; Malta fil-Victoria, is-Sinjura Angele Azzopardi u r-ragel taghha Tony, kif ukoll membri ta; hafna Ghaqdiet Maltin. Il-Vigarju Generali ta; Melbourne, Mons. Les Tomlinson u l-Isqof Awziljarju Emeritus ta; Melbourne, il-Wisq Rev. Joseph O;Connell it-tnejn attendew. Minn Malta gie Joe Borg, mix-Xaghra, Superjur tal-MUSEUM. Mhux inqas minn erbgha u ghoxrin sacerdot ikkoncelebraw il-Quddiesa ma; Fr Bonello, fosthom zijuh, Patri Vitor Bonello, OFM Conv., li ghadu kemm iccelebra l-wiehed u sittin sena sacerdot, hafna sacerdoti Maltin, Djocesani u minn tas-Socjeta` Missjunarja ta; San Pawl. Fl-Omelija tieghu, l-Isqof Mons Joseph O;Connell fahhar hafna lil Fr Bonello u tkellem fuq iz-zmien li servew f;parrocci girien ta; xulxin. Tkellem ukoll l-Arcisqof Mons Denis Hart, fejn ghal darb;ohra fahhar lil Fr Bonello u lill-familja tieghu fosthom lil zijuh Patri Vitor. Wara l-Quddiesa, Sister Michele Kennan, li kienet Pastoral Associate fil-Knisja ta; St. Thomas More, Hadfield, ipprezentat inkwatru kbir bil-Barka tal-Papa Benedittu XVI lil Fr Bonello, barka specjali moghtija mill-Qdusija Tieghu ghal l-okkazjoni. Hija ghamlet din il-prezentazzjoni minhabba li l-istess Barka tal-Papa kienet giet organizzata f;dik il-parrocca meta kien ghadu Kappillan hemm. Prezentazzjoni ohra ta; rigali saret mis-Sur Salvatore Miano, membru tal-Kumitat Liturgiku tal-Parrocca, f;isem il-parruccani kollha. Fl-ahhar Fr Bonello mbaghad ghamel diskors li fih irringrazzja lill-Isqof Emeritus ta; Ghawdex, Mons Nikol Guzeppi Cauchi, li kien ordnah sacerdot u rringrazzja wkoll lill-Isqof prezenti Mons. Mario Grech ghas-sapport lit a lilu u lis-sacerdoti Ghawdxin imsiefrin. Huwa jiftakar u jitlob ghall-erba; sacerdoti ohra li kienu gew ordnati mieghu hamsa u ghoxrin sena ilu, Fr Eddie Zammit, Fr Dominic Camilleri, Fr George Cordina u Fr Frank Sultana. Huwa wera l-gratitudni tieghu lill-mejjet Arcisqof Frank Little li kien laqghu fl-Arcidjocesi ta; Melbourne tas-sapport li ra minnu. Irringrazzja wkoll lill-Arcisqof prezenti, Mons Denis Hart, li unurah bil-prezenza tieghu, li zammu Melbourne u li fid-29 ta; Jannar ta; din is-sena, inkardinah fl-Arcidjocesi ta; Melbourne fejn sar membru tal-Kleru f;Melbourne, li hu jqis bhala l-aqwa knisja fid-dinja. Organista ghall-lejla kienet Angela Grasso, li kif qalilna Fr Bonello, kantat bi tliet lingwi: Ingliz, Taljan u Malti. Il-kant matul il-Quddiesa sar mill-Kor Taljan tal-Parrocca. Hassejna ruhna kburin hafna meta tkanta l-Innu Ismaghha l-Ghanja fejn irrealizzajna kemm kienet kbira l-folla Maltija fil-Knisja. Wara l-Barka mill-Arcisqof Hart, kulhadd mar fis-Sala l-gdida tal-Knisja fejn kien hemm riceviment sabih u fejn Fr. Bonello qasam kejk kbir ta; l-okkazjoni. Fis-sala saru prezentazzjonijiet ohra ta; rigali. Din kienet festa sabiha u memorabbli ghal Fr. Bonello, il-familja tieghu, hbiebu u l-parruccani ta; North Reservoir. Lill-Kappillan Fr Emmanuel Bonello minn qalbna nixtiequlu snin twal ta; hidma siewja fil-qasam tal-Mulej. AD MULTOS ANNOS.Not yet rated