Xaghra Parish » Gallery » 2008 » 30 NOV 08 XANDRU L-ISKARPAN - KUMMIEDJA ATT 1

Ghal darb`ohra, fis-sala tac-Cirklu taz-Zghazagh giet ipprezentata l-kummiedja brillanti ta` Karmnu Bajada œXandru l-Iskarpan. Din saret fil-15 u 16 ta` Novembru izda minhabba domanda kbira giet imtellgha t-tielet darba l-Hadd 30 ta` Novembru. Is-Sur Bajada issa huwa maghruf sew ghad-drammi u kummiedji li kiteb u permezz taghhom qed jaghti hajja gdida lill-palk gewwa x-Xaghra. Il-kawza li ghaliha saru l-prezentazzjonijet hija l-Festa tal-Bambina bil-fondi jmorru ghand il-Kumitat tal-Fund Raising. Il-kummiedja tinvolvi lill-familja ta` Xandru, skarpan tajjeb hafna izda miskin ma kienx jinqala mhux biss biex jitkellem b`lingwa ohra izda anke l-Malti li jisma kien ihawwdu. L-ewwel att ilaqqghana ma` Grezzja, mart Xandru tnaddaf u teqred li m`ghandhom xejn suret in-nies god-dar. Sadanittant Xandru jidher mitluf jiekol. Qaltlu li t-tifla Marie kienet qed tkellem guvni, Jerry, anzi gharusa u xtaqet iggibu d-dar imma kienet qed tisthi minhabba l-hmieg li kellhom. Xandru beda jitbaqbaq go fih ghall-kummenti ta` Grezzja u spicca kien ghoddu xeraq meta fil-pront tidhol Marie tistaqsi lil ommha ghaliex kienet qed tgerger. Xandru qalilha tghid lill-gharus li t-tibjid kien itellghalu l-pressjoni u ghalhekk kollox kien niezel bicca bicca. Marie qalet lil missierha li minn dak il-hin kienet se tibda ssejjahlu papa` u mhux missier, hu kellu isejhilha Mary u lil ommha Gracie. Xandru staqsieha kienx ginger, ma tantx ghogbitu li ma kienx. Jispiccaw iwaqqfuh f`nofs l-ikla, jaqilghuh minn fuq il-mejda u Marie tiehdu halli jilbes libsa u ngravata! Hawn jidhol it-tifel Wenzu, li kien jistudja ghal Avukat, mifxul jaqra. Qal lil ommu ma ssejjahlux iktar Wenzu ghax l-Universita` kienu qed jidhqu bih allura qalilha tibda ssejjahlu Lorry. Meta ommu qaltlu li dik il-lejla kien gej l-gharus ta` Marie, Wenzu qalilha li hu ukoll kien ilu sena jkellem tfajla bint avukat imma qatt ma kien se jdahhalha go darhom minhabba l-mizerja li kienet fiha. Qalilha li staha jghidliha li missieru kien skarpan u allura qalilha li kien tabib. Ommu qaltlu jghid il-verita`. Waqt li Xandru wieqaf fuq siggu jibdel il-purtieri tidhol bla hsejjes it-tifla z-zghira Guljetta u kif tkellmu, Xandru jaqa fl-art bil-qata. Wara li qalilha ghal xhiex qed ibiddlu l-purtieri, Guljetta qaltlu li hi tkellem hafna imma just for fun. Titlaq Guljetta, tidhol Grezzja u wara ftit tasal Marie ma` Jerry. Mill-ewwel Xandru qallu li m`ghandux pjacir bih li minhabba fih li kellu jilbes il-libsa. Meta rawh ihawwad, Grezzja telqet b`Xandru ˜l barra. Marie qalet lil Jerry li missierha kien skrivan man-Navy, dejjem fuq il-bahar. Tidhol Grezzja u waqt li Marie marret iggib drink lil Jerry, Grezzja qaltlu li Xandru qatt ma mar fuq il-bahar f`ghomru. Jidhol Xandru u jghid li hu skarpan. Hawn Jerry jghid lil Marie li din gidbitlu u jitlaq ˜l barra ma jridx jaf biha. Marie titlaq tigri tibki u tinghalaq fil-kamra tal-banju.

A1 Poster
A2 Ms Sultana tintroduci l-kummiedja
A3 Xandru ma' martu Grezja
A4 Tidhol binthom Marie
A5 Marie tghid lil Xandru li gej l-gharus
A6 Iwissuh biex igib ruhu sew
A7 Tibghatu jilbes il-libsa u ngravata
A7a Ma jridx jilbes il-libsa
A8 Grezzja tnaddaf il-kamra
A9 Grezzja ma' binha Lorry
B1 Jghid lil ommu li ghandu tfajla
B1a
B2 L-udjenza attenta
B3 Xandru liebes il-libsa u l-ingravata
B4 Jghidulu kif ghandu jgib ruhu
B5 Imdejjaq bil-libsa u l-ingravata
B6 Marie twissi lil missierha ma jghidx li hu skarpan imma skrivan
B7 Ordnat ibiddel il-purtieri
B8 Tidhol bintu Guljetta, jinhasad u jaqa fl-art
B9 Xandru jokrob bl-ugigh

View Slideshow
Rating 3.7 (6 votes)