Xaghra Parish » Gallery » 2008 » 30 NOV 08 XANDRU L-ISKARPAN - KUMMIEDJA ATT 1

Ghal darb`ohra, fis-sala tac-Cirklu taz-Zghazagh giet ipprezentata l-kummiedja brillanti ta` Karmnu Bajada œXandru l-Iskarpan. Din saret fil-15 u 16 ta` Novembru izda minhabba domanda kbira giet imtellgha t-tielet darba l-Hadd 30 ta` Novembru. Is-Sur Bajada issa huwa maghruf sew ghad-drammi u kummiedji li kiteb u permezz taghhom qed jaghti hajja gdida lill-palk gewwa x-Xaghra. Il-kawza li ghaliha saru l-prezentazzjonijet hija l-Festa tal-Bambina bil-fondi jmorru ghand il-Kumitat tal-Fund Raising. Il-kummiedja tinvolvi lill-familja ta` Xandru, skarpan tajjeb hafna izda miskin ma kienx jinqala mhux biss biex jitkellem b`lingwa ohra izda anke l-Malti li jisma kien ihawwdu. L-ewwel att ilaqqghana ma` Grezzja, mart Xandru tnaddaf u teqred li m`ghandhom xejn suret in-nies god-dar. Sadanittant Xandru jidher mitluf jiekol. Qaltlu li t-tifla Marie kienet qed tkellem guvni, Jerry, anzi gharusa u xtaqet iggibu d-dar imma kienet qed tisthi minhabba l-hmieg li kellhom. Xandru beda jitbaqbaq go fih ghall-kummenti ta` Grezzja u spicca kien ghoddu xeraq meta fil-pront tidhol Marie tistaqsi lil ommha ghaliex kienet qed tgerger. Xandru qalilha tghid lill-gharus li t-tibjid kien itellghalu l-pressjoni u ghalhekk kollox kien niezel bicca bicca. Marie qalet lil missierha li minn dak il-hin kienet se tibda ssejjahlu papa` u mhux missier, hu kellu isejhilha Mary u lil ommha Gracie. Xandru staqsieha kienx ginger, ma tantx ghogbitu li ma kienx. Jispiccaw iwaqqfuh f`nofs l-ikla, jaqilghuh minn fuq il-mejda u Marie tiehdu halli jilbes libsa u ngravata! Hawn jidhol it-tifel Wenzu, li kien jistudja ghal Avukat, mifxul jaqra. Qal lil ommu ma ssejjahlux iktar Wenzu ghax l-Universita` kienu qed jidhqu bih allura qalilha tibda ssejjahlu Lorry. Meta ommu qaltlu li dik il-lejla kien gej l-gharus ta` Marie, Wenzu qalilha li hu ukoll kien ilu sena jkellem tfajla bint avukat imma qatt ma kien se jdahhalha go darhom minhabba l-mizerja li kienet fiha. Qalilha li staha jghidliha li missieru kien skarpan u allura qalilha li kien tabib. Ommu qaltlu jghid il-verita`. Waqt li Xandru wieqaf fuq siggu jibdel il-purtieri tidhol bla hsejjes it-tifla z-zghira Guljetta u kif tkellmu, Xandru jaqa fl-art bil-qata. Wara li qalilha ghal xhiex qed ibiddlu l-purtieri, Guljetta qaltlu li hi tkellem hafna imma just for fun. Titlaq Guljetta, tidhol Grezzja u wara ftit tasal Marie ma` Jerry. Mill-ewwel Xandru qallu li m`ghandux pjacir bih li minhabba fih li kellu jilbes il-libsa. Meta rawh ihawwad, Grezzja telqet b`Xandru ˜l barra. Marie qalet lil Jerry li missierha kien skrivan man-Navy, dejjem fuq il-bahar. Tidhol Grezzja u waqt li Marie marret iggib drink lil Jerry, Grezzja qaltlu li Xandru qatt ma mar fuq il-bahar f`ghomru. Jidhol Xandru u jghid li hu skarpan. Hawn Jerry jghid lil Marie li din gidbitlu u jitlaq ˜l barra ma jridx jaf biha. Marie titlaq tigri tibki u tinghalaq fil-kamra tal-banju.

C1 Guljetta tizbogh dufrejha
C2 Guljetta tghidilhom li sejra party
C3 Gharus ta' Marie, Jerry, jidhol id-dar ta Xandru
C4 Jerry jiehu b'idejn Xandru
C5 Jerry u Marie
C6 Jibda jghid il-hmerijiet
C7 Grezzja tipprova tikkoregi lil Xandru
C8 Marie qed tisthi
C9  Grezzja tfisser punt lil Jerry
D1 Marie tipprova tikkoregi lil missierha
D2 Irrabjata ghal missierha
D3 Jiehdu drink ftit qabel jitlaq Jerry irrabjat
D3 Tidhol Guljetta ssib lil ohtha tibki
D4 Marie tghidilha li Jerry telaq ghax gidbtilu fuq missierha
D5 Grezzja tghidlu li kollox tort tieghu
D6 Jissuggerilha tiffansja lil Ganni tal-laham
PICT0008
PICT0009
PICT0017
PICT0018

View Slideshow
Rating 3.7 (6 votes)