Xaghra Parish » Gallery » 2008 » 30 NOV 08 XANDRU L-ISKARPAN - KUMMIEDJA ATT 2

IT-TIENI ATT Fit-tieni att, ghal darb`ohra nsibu lil Grezzja tiknes, tfarfar u teqred. Qalet li dak in-nhar kienet se tmur il-Beltu tixtri salott mill-isbah. Jidhol Xandru jokrob b`ugigh ta` ras ghax raqad fjakk. Grezzja qaltlu li f`nofs in-nhar kienet se tkun il-Belt tixtri salott gdid. Wahdu Xandru beda jgerger li slopp kellhom taht is-sodda u qatt ma juzawh u Grezzja ma kellhiex ghal fejn tmur u tixtri iehor gdid. Jidhol Wenzu jaqra u Xandru staqsih ikunx jara l-istampi. Wenzu ta l-ktieb lil missieru li kif qabdu beda jistaghgeb ghax ra karozza maqluba u staqsa mietx xi hadd. Ibnu qallu li l-ktieb kien bil-maqlub f`idejh u mhux il-karozza. Johrog Xandru u tidhol Marie. Qaltlu x`gara meta gie l-gharus id-dar u bidet tibki. Tidhol Grezzja u qalet lil Marie tmur maghha l-Belt jixtru salott. Johrog kulhadd u tidhol Guljetta b`rasha tugaghha. Fil-pront jidhol Xandru wkoll jokrob b`ugigh ta` ras. Guljetta qaltlu li kellha ugigh ta` ras ghax xorbot hafna fil-party u ltaqghet ma guvni kif jixtiequ hu. Staqsiha hux ginger. Qaltlu li aktarx ginger imma billi kienu fid-dlam ma tantx setghet tarah sew. Qaltlu li l-guvni kien bla xoghol u li kienet qaltlu li missierha kien skarpan. Xandru qalilha li jista jahdem mieghu u ghal dik l-ahbar Guljetta taret bil-ferh. Ftehmu li billi ma kellux fejn joqghod seta jorqod id-dar taghhom fil-kamra ta fuq il-bejt. Billi rasu baqghet tugghu, Guljetta marret ghat-tabib. Ihabbat il-bieb u jidhol ragel li Xandru hasbu t-tabib. Imma dan kien Lorry Cuschieri ta` l-ghamara li gie bis-salott li xtrat Grezzja. Il-protesti ta` Xandru ma swew ghal xejn ghax l-ghamara l-antika u l-mejda li kien jiekol fuqha telqu ˜l barra u s-salott il-gdid dahal gewwa d-dar ta` Xandru. Kif telaq kulhadd, jasal it-tabib u tah gozz pilloli biex jiehu wahda kull siegha. Xandru jhalli l-pilloli fuq il-mejda u hu u t-tabib johorgu. Jidhol Wenzu mat-tfajla tieghu Dora izda ma damx ma mar ifittex lil ommu f`idejh bil-pilloli ta missieru f`idejh ghax kien hallihom warajh. Wara li hareg Wenzu, Xandru jidhol b`tazza f`idu. Meta Dora qaltlu li hi habiba ta` Lorry (Wenzu) dan haseb li dik kienet il-habiba ta` Lorry ta` l-ghamara u haseb li gejja xi kamra tas-sodda issa. Jidhol Wenzu u meta staqsietu min kien dak ir-ragel (Xandru) quddiemhom mifxul qalilha li kien is-seftur taghhom. Xandru beda jghajjat ma` Lorry biex ikecci lil dik il-mara ˜l barra. Meta mar igiblu l-pilloli, Xandru qal lil Dora li hu kien missier Lorry taghha! Meta gie lura Wenzu u ta l-pilloli lil missieru, Dora qaltlu li issa taf li s-seftur kien missieru ghax qalilha hu stess. Fil-pront jidhlu Grezzja u Marie. Marie qalet lil Lorry li hi u l-gharus regghu rrangaw bejniethom. Wenzu qal lil ommu li Dora taf b`kollox min kien missieru ghax qalilha Xandru nnifsu! Hawn bdiet tahwida shiha. Xandru jmur ghal genb u jibla l-pilloli kollha f`daqqa. Wara ftit jibda jdur u jaghqad jikkomplejna bi hruq fl-istonku u jistabat ma` l-art. X`gara u kif spiccat din il-kummiedja naraw fit-Tielet u l-ahhar Att.

A1 Grezzja tnaddaf u thammem
A2 Tghid lil Xandru li jridu jirrangaw id-dar
A3 Tghid lil Xandru li se tixtri salott gdid
A4 Xandru jghid lil Lorry li ommu se txtri slopp gdid
A5 Marie turi d-dwejjaq li ghandha lil huha Lorry
A6 Lorry jipprova jsabbarha
A7 Grezzja tistieden it-tifla tmur maghha l-belt jixtru sufan gdid
A8 Guljetta tqum b'ugigh ta' ras
A9 Xandru wkoll qam b'ugigh ta' ras
B1 Jasal Lorry ta' l-ghamara bis-salott il-gdid
B2 Xandru jghidlu li hadu zball ghax il-mara slopp ordnat
B3 jidhlu s-sufani
B4 joggezzjona li titlaq il-mejda tal-ikel
B5 kollox gdid fjamant
B6 Xandru fl-ahhar jcedi
B7 Elf lira - elf lira jiswa s-salott
B8 jidhol it-tabib jghidlu li sejhitlu Guljetta ha jarah
B9 jinvistalu halqu
C1 Jaghtih pilloli biex jehodhom wahda kull saghtejn ghal gimgha
C2 It-tabib jitlaq

View Slideshow
Rating 3.7 (3 votes)