Xaghra Parish » Gallery » 2008 » 30 OCT 08 CAN MICHAEL BORG RECTOR OF ST PAUL'S CHURCH MARSALFORN

Nifirhu lill-Kanonku Dun Mikel Borg mix-Xaghra li l-E.T. Mons. Isqof Mario Grech ghogbu jahtru Kappillan tal-Knisja ta` San Pawl, Marsalforn, li taghmel parti mill-Parrocca ta` Marija Bambina x-Xaghra. Huwa jiehu minn idejn Dun Mariano Zammit li ghal zmien twil serva b`success f`din il-kariga. Dun Mikiel Borg li ghandu 63 sena kien ordnat Sacerdot fit-30 ta` Mejju 1970 u huwa Kanonku tal-Kollegata tal-Parrocca tax-Xaghra. Gie mahtur Kappillan tal-Parrocca ta` San Lawrenz fejn serva ghal 29 sena. Jokkupa l-pozizzjoni ta` delegat ta` l-Isqof fuq il-Caritas. Huwa nvolut f`diversi Ghaqdiet sew fix-Xaghra kif ukoll fil-parrocca ta` San Gwann Battista x-Xewkija fejn anke jaghti servizz ta` quddies. Fost l-Ghaqdiet Komunitarji li jmexxi nsibu dik ta` Padre Pio fix-Xaghra u ohra Ewkaristika. Jaghti sehem kbir bi programmi ta` kuljum fuq ir-radju komunitarju tax-Xaghra, Radju Bambina. Lill-Kappillan il-gdid ta` Marsalforn nawgurawlu AD MULTOS ANNOS.

Can. Michael Borg

Rating 2.9 (34 votes)