Xaghra Parish » Gallery » 2008 » 30 NOV 08 XANDRU L-ISKARPAN - KUMMIEDJA ATT 3

IT-TIELET ATT Fl-ahhar att insibu lill-familja ta` Xandru mhassbin ghax issa ghalaq gimgha l-isptar. Maghhom hemm ukoll Jerry u Dora. Guljetta kienet wehida ghax l-gharus kien ghadu ma dahalx id-dar. Jidhol it-tabib u jghidilhom li l-inkwiet mhux sew ghal Xandru. Imbaghad jitfacca Wenzu, li jkun illarga, b`sorra hwejjeg u Xandru warajh. Kulhadd imur fuqu jghannqu. Meta telaq kulhadd, Xandru ntefa` komdu fuq is-sufan waqt li Grezzja ghamliltlu te. Meta qaltlu jmur ghat-te fil-kcina Xandru qalilha tehodulu fis-salott. Ghall-ewwel Grezzja ma riditx minhabba li kien fuq is-sufan izda mbaghad accettat x`hin ratu se jitbaqbaq. Xandru u Grezzja bdew jitkellmu dwar l-gharus ta` Guljetta. Ftehmu li Grezzja torqod ma` Guljetta u Xandru ma` l-gharus fil-kamra tas-sodda. Ma tantx damu jiddiskutu ghax waslet Guljetta u qaltilhom li l-gharus kien barra. Waqt li Xandru kien dahru lejn il-bieb ta` barra, Guljetta ddahhal lil Pawl Smith, Amerikan iswed. Grezzja nhasdet x`hin ratu; Xandru dar u kif rah waqa bil-qeghda fuq is-sufan. Lil Guljetta qalilha bla tlaqlieq li ma ghogbux u qalilha tkeccih ˜l barra. Ghalkemm kien jaf xi haga bil-Malti, Pawl ma setax jifhem x`kien qed jigri. Kif rah hekk Xandru ddecieda li Pawl jorqod fil-kamra tal-bejt. Grezzja qaltlu li allura hu, Xandru, kellu jorqod hemm fuq ghax ma kelliex stonku traqqad lil Pawl hemmhekk. Jasal it-tabib jinvistah u Xandru johrog waqt li tidhol Guljetta. Grezzja staqsiet lit-tabib hemmx xi haga biex wiehed mahruq bix-xemx isir abjad. It-tabib taha ingwent biex tidilku bih izda ammoniha li jekk ma jkunx mahruq bix-xemx il-gilda ssir bajda silg. Xandru u Pawl ikunu fis-salott jippruvaw jifhmu lil xulxin. Jigu Grezzja u Guljetta bil-lizar ghal Xandru u dan jahtfu u jitla` jorqod fil-kamra tal-bejt. Grezzja ippruvat taghti l-ingwent lil Pawl biex jindilek bih izda dan qalilhom li ghalxejn. Qabel imur jorqod resaq fuq Guljetta biex ibusha izda Grezzja kienet pronta tidhol bejniethom biex tifridhom. Meta Pawl mar jorqod, iz-zewg nisa ftehmu li allura jidilkuh huma waqt li jkun rieqed u biex ma jqumx jaghmlu dan fid-dlam. Johorgu jmorru jorqdu ftit. Meta Marie u Wenzu dahlu minn barra, Marie ttawlet lil missierha izda harget tigri mwerwra li missierha miet ghax ratu iswed. Dahal Wenzu u wkoll ikkonferma li Xandru kien iswed imma kien ghadu haj. Fil-pront jidhlu Grezzja u Guljetta ghax semghu l-ghajjat u kkonvincewhom li dak kien Pawl ghax missierhom tela` jorqod fil-kamra tal-bejt. Kulhadd imur lura ghar-rqad. Jidhol Xandru jitghawweg u jokrob li kisser dahru rieqed fuq l-injam. Jidhol Pawl u Xandru jispicca jibghatu jorqod fuq biex hu jmur jorqod fuq is-sodda tieghu, u hekk sar, Pawl fil-kamra tal-bejt u Xandru fil-kamra tas-sodda. Jidhlu Grezzja u Guljetta nkiss nkiss ifesfsu f`widnejn xulxin. Grezzja zzomm il-flixkun ta` l-ingwent u Guljetta tilbes l-ingwanti tal-lastiku. Wara l-missjoni taghhom tad-dlik, marru jorqdu. Fil-ghodu Marie u Wenzu jiltaqghu fis-salott. Wenzu qalilha li kien se jmur jaqta` l-kurzita rax hazin fil-ghaxija izda billi kien bezghan dahlet Marie hdejn missierha. F`daqqa wahda bidet twerzaq u harget tigri tghajjat li missierha kien abjad silg u kien qed imut. Wenzu mar jigri ghat-tabib u jsejjah l-ambulanza waqt li tasal Grezzja tistaqsi ghaliex dak l-ghajjat kollu fil-ghodu. Meta qaltilha b`dak li rat Grezzja ferhet u qaltilha li dak li rat kien Pawl ghax sar abjad. Li Xandru kien qed imut kien kollu tort tieghu ghax ma kellux imur jorqod fil-kamra tal-bejt ghall-ksieh. Meta qaltilha li Pawl raqad fil-kamra tal-bejt u Xandru fil-kamra tas-sodda indunat bil-balbuljata, hassha hazin u ntefghet mitlufa fuq is-sufan. Jaslu Xandru u Pawl jaslu u kif Xandru ra lilu nnifsu abjad silg stabat ma` l-art. Xandru jehduh bl-ambulanza li kienet waslet qabel u t-tabib jaghti l-ewwel ghajnuna lil Grezzja.

C3 Titghaxxaq ghax qalilha li qisa ta 30 u mhux ta 60 sena
C4 Imorru jirrangaw il-kamra fejn se jorqod
C5 Grezzja tghid lil Xandru li Pawl se jorqod mieghu
C6 Jigi t-tabib u Grezzja tistaqsih wiehed iswed isirx abjad
C7 It-tabib jaghtiha ingwent bih tidlek iswed u jibjad
C8 Jerga jigi Pawl u Xandru jerga jitgerfex kif jarah
C9 Grezzja taghtih kutri biex imur jorqod fil-kamra tal-bejt
D1 Ferhan Pawl jersaq biex ibus lil Guljetta
D2  imma tidhol bejniethom Grezzja u tghidlu li le jbusha
D3 Jidhlu minn barra Lorry u Marie u ma jsibu l-hadd u jmorru jfittxu
D4 Xandru jqum jokrob b'ugigh f'dahru ghax raqad fuq l-injam
D5 Jghid lil Pawl imur ikompli jorqod fil-kamra ta fuq il-bejt
D6 Jitmattar Xandru jmur jorqod fil-kamra tas-sodda minflok Pawl
D7 Jidhol Lorry jghid li mar jara missieru hux rieqed u rah  iswed fahma
D8 Grezzja tibghathom jorqdu ghax raw hazin
D9 Grezzja u Guljetta jmorru biex jidilku lil Pawl halli jibjad
E1 Jasal Pawl u jsib il-kutra ta Guljetta u jehodha biex jitghatta
E2 Filghodu jqumu l-ewwel Marie u Lorry
E3 Marie tghid lil Lorry li rat lil missierha abjad silg aktarx mejjet
E4 Lorry jmur ukoll u jinhasad imma qalilha li Xandru haj mhux mejjet

View Slideshow
Rating 3.0 (2 votes)