Xaghra Parish » Gallery » 2009 » 28 SEP 09 - ZJARA TAL-ISQOF GRECH FIL-BRAZIL

LI GEJ HUWA KOMUNIKAT MAHRUG MILL-KURJA VESKOVILI TA GHAWDEX   Dalghodu, l-Isqof Mario Grech ghamel zjara ta kortesija lill-Kardinal Geraldo Majela Agnello, Arcisqof tad-Djocesi ta Salvador fil-Bahia [Brazil]. Il-Kardinal Magella Agnello ghandu konnessjoni mad-Djocesi t’Ghawdex. Huwa zar Ghawdex ghall-ewwel darba fl-1973 u kien Ghawdex ghall-festa ta San Pawl li saret fil-Munxar fi Frar ta din is-sena. Il-Kardinal Majella ghamel zmien bhala Arcisqof ta Londrina fejn hemm jahdmu ghadd ta sacerdoti Maltin u Ghawdxin. Fil-laqgha ma l-Isqof Grech, il-Kardinal Majela Agnello kellu kliem ta  apprezzament ghall-ispirtu missjunarju li hemm fil-Knisja f’pajjizna.   L-Isqof Mario Grech il-bierah qieghed l-ewwel gebla ta Centru Pastorali li ser jinbena fuq izijattiva ta Dun Alex Cauchi, kappillan tal-parrocca ddedikata lil Madonna tad-dawl f’Parapatinga fin-Nord Est tal-Brazil. Fl-omelija li ghamel waqt quddiesa li saret f’din l-okkazjoni, l-Isqof Grech fisser l-importanza ta dawn ic-Centri ghall-hajja tal-komunita ekklezjali. Ic-Centri Pastorali jservu ta skola fejn diversi kategoriji fi hdan il-komunita parrokkjali jiltaqghu biex jiksbu formazzjoni umana u nisranija u hekk il-poplu ta Alla jkompli jimbena bhala tempju haj ta Alla. Kull persuna taghmel parti minn din il-binja u ebda gebla, anke jekk tkun imxelfa, qatt ma ghandha tigi skartata. L-Isqof Mario fahhar lil Dun Alex Cauchi, missjunarju mill-Gharb li ilu fil-missjoni ghal dawn l-ahhar erbatax-il sena, ghal hidma siewja li wettaq u ghadu jwettaq biex jibni l-Knisja ta Kristu fil-Brazil.   Il-bierah ukoll l-Isqof Mario Grech ghamel zjara lil Fazienda Speranza li hemm f’Maceio. Din l-istituzzjoni mmexxija mill-Knisja toffri kura lil zghazagh vittmi tad-droga. Il-programm ta terapija li toffri din l-istituzzjoni huwa bbazat kollu kemm hu  fuq l-ispiritwalita nisranija. Id-drogati, anke jekk ma jkunux jemmnu, jigu mlaqqghin mal-Kelma ta Alla u ntrodotti ghall-hajja tat-talb. L-esperjenza li rrakkontaw xi whud minn dawk li qed jaghmlu l-program ta rijabilitazzjoni, tixhed kemm ghal dawk li jemmnu l-Kelma ta Alla ghandha qawwa li tfejjaq.   Zjara ohra li ghamel l-Isqof Mario Grech kienet fis-Seminarju Magguri ta Maceio, fejn jattendu seminaristi minn tlett djocesijiet. Fr. Jimmy Scerri, li sa sentejn ilu kien Rettur ta dan is-Seminarju, issa huwa l-Prefett ta l-Istudji filosofici u teologici.  F’kelmtejn li ghamel f’din l-okkazjoni, l-Isqof Grech appella lis-seminaristi biex, fid-dawl tal-Vangelu u t-taghlim tal-Koncilju Vatikan II, huma jikkontribwixxu biex il-Knisja tkompli tkun qrib tan-nies. Flok ma jirtira fis-sagristija u jiltaqa man-nies biss waqt il-kult, illum is-sacerdot ghandu jimxi fit-toroq tal-hajja ordinarja fejn jista jiltaqa mal-bniedem, specjalment ma dawk li huma minsija u emarginati. Biex l-azzjoni tas-sacerdot ma tkunx wahda politika jew socjali, fuq l-ezempju ta Dun Gorg Preca, is-sacerdot ghandu jkun habib ta l-Evangelju.   Meta qaddes fil-parrocca ddedikata lil San Bastjan f’Messiah, li hija mmexxija minn Dun Jimmy Scerri, l-Isqof Grech iccelebra l-Maghmudija.

A1
A2
A3
A4 Mal-Kardinal Geraldo Majella Agnello
A5 Mal-Kardinal Geraldo Majela Agnello
A6
A7
A8
A9 Ma Fr Jimmy Xerri missjunarju fil-Brazil
B1
B2
B3
B4 Waqt ic-celebrazzjoni tal-Maghmudija
B5 Mal-familja tat-tifel li tghammed
B6

View Slideshow
Rating 5.0 (1 vote)