Xaghra Parish » Gallery » 2009 » 31 AUG 09 - IN MEMORY OF FR JOSHUA MUSCAT
Kienet ahbar ta soghba kbira ghalina x-Xaghrin meta sirna nafu li s-sacerdot zghazugh min-Nadur, Dun Joshua Muscat, ittajjar ghal hdan il-Mulej. Ir-relazzjoni ta Dun Joshua max-Xaghra kienet wahda qawwija. Ghal diversi snin qabel ma rcieva l-Ordinazzjoni Sacerdotali minn idejn l-Isqof Mons Mario Grech, Dun Joshua Muscat kien mibghut mis-Superjuri tas-Seminarju biex iwettaq hidma pastorali fil-Knisja ta’ Gesu Nazzarenu x-Xaghra. Hemmhekk kien attiv hafna u wettaq diversi hidmiet, ewlenin fosthom, laqghat ta formazzjoni maz-zghazagh li kienu jsiru kull nhar ta Gimgha fic-Centru Gesu Nazzarenu u laqghat mal-abbatini. Il-morda tal-Komunita hemmhekk kienu jiksbu kuragg mhux ftit meta kien izurhom u bil-kliem helu tieghu kien ifarraghom. Huwa wkoll kien iwasslilhom lil Gesu Sagramentat biex jircevuh fit-tqarbin. Il-Grupp The Guiding Light jiftakruh maghhom u kif qal wiehed minnhom, Jason John Farrugia fuq din il-website - Ix xiehda li dejjem ta Dun Joshua lilna z-zaghzagh specjalment fiz-zmien li qatta maghna fil-Komunita tan-Nazzarenu kienet dejjem turi l-imhabba tieghu lejn Alla. - Dan minkejja t-tbatija li hu ghadda minnha, dejjem baqa sod u grat lejn lil-Hallieq. Ir-ritratti li hawn kienu mehudin fis-17 ta Dicembru 2008 meta kien ghamel in-Novena tal-Milied fil-Knisja ta Gesu Nazzarenu fix-Xaghra. Raguni ohra li b’xi mod rabtitu mal-Parrocca kien il-fatt li fi triqtu lejn l-altar kellu biss il-kumpanija ta Dun Michael Curmi mix-Xaghra sakemm flimkien ircevew il-Ministeru tal-Presbiterat fit-30 ta Gunju 2007. Min-naha taghna naghtu l-kondoljanzi lill-genituri ta Dun Joshua, Antoinette u Carmelo, lil ohtu Nathalie u zewgha Anthony, u lil huh Paul u martu Jessica fit-telfa taghhom. Lill-Mulej nitolbuh idahhal fit-tgawdija eterna lil Dun Joshua li minkejja ftit zmien jaqdih fuq din l-art fedelment il-missjoni fdata lilu u wettaq hafna gid spiritwali bil-kelma, bit-tbissima u bl-ezempju tieghu specjalment fl-ahhar xhur meta mis-sodda tal-mard u mumenti ta tbatija accetta kollox f’rasenjazzjoni u bi tbissima.Not yet rated