Xaghra Parish » Gallery » 2012 » 12 JUNE 2012 - EUROPEAN CONGRESS OF CATHECISTS

Kungressisti tal-Equipe Ewropew tal-Kateke\i jiltaqghu x-Xaghra

Bejn it-30 ta` Mejju u l-4 ta` Gunju, is-Segretarjat ghall-Katekezi ta` Malta ospita l-Kungress tal-Equipe Ewropew tal-Katekezi. Dan il-Kungress isir kull sentejn u din is-sena Malta kienet maghzula biex tospitah. Ghal dan il-Kungress attendew `l fuq minn sittin partecipant mhux biss minn erbatax-il pajjiz Ewropew izda wkoll mill-Argentina. Maghhom imbaghad inghaqdu partecipanti minn Malta.

It-tema maghzula ghal dan il-Kungress kienet: œIl-Verb sar Bniedem (Gw 1, 14) Il-Lingwagg u Lingwaggi tal-Katekezi.

Matul dawn l-erbat ijiem kien hemm erba` prezentazzjonijiet ewlenin:

  1. Espozizzjoni teologika minn Salvatore Curro` mill-Associazione Italiana Catecheti (AICA)
  2. Espozizzjoni filosofika minn Ignace Verhack, Professur tal-Filosofija mill-Belgium
  3. Lingwagg u lingwaggi fil-katekezi minn Jean Claude Reichert, Rettur tas-Seminarju Magguri, Strasbourg
  4. Il-lingwagg tal-fidi u l-media minn Joe Borg, mill-Fakulta` tal-Midja u x-Xjenzi tal-Gharfien, fl-Universita` ta` Malta.

Kien hemm ukoll hin ta` diskussjoni, kemm dwar il-prezentazzjonijiet, kif ukoll dwar temi li kellhom x`jaqsmu mas-suggett.

Il-Kungress sar fid-Dar tal-Irtiri tal-Gizwiti, Mount St Joseph, il-Mosta. Il-partecipanti, izda kellhom hin ukoll biex jaghmlu zjajjar qosra u jaraw ftit il-gzejjer tagħna. Marru l-katakombi ta` Sant`Agata u l-Imdina, u l-Belt Valletta, fejn saret koncelebrazzjoni fil-Kon-Kattidral ta` San Gwann, zjara lill-gżejjer ta` San Pawl u mawra fuq il-bahar mal-kosta tal-Belt, Marsamxett u tas-Sliema.

Matul iz-zjara taghhom saret laqgha tal-Kungressisti ghal laqgha fix-Xaghra, Ghawdex meta sabu hin biex izuru l-parrocca tax-Xaghra fil-gzira Ghawdxija. Min-naha tal-Parrocca tax-Xaghra kien il-pjacir taghna illi ghall-ahhar jiem nospitawhom f`rahalna. Minhabba l-hin qasir taghhom, huma gew is-Sibt 2 ta` Gunju wara nofs in-nhar u damu fostna ftit iktar minn saghtejn. Jilqaghhom dehlin fil-bini spazjuz tal-MUSEUM tas-Subien kien hemm l-Arcipriet tar-rahal, Mons. Carmelo Refalo. Hemmhekk kellhom laqgha mal-Isqof Mons Mario Grech li ndirizza l-kungressisti u kellimhom dwar il-Pjan Pastorali kateketiku tad-Djocesi. Minbarra l-Arcipriet kellmuhom ukoll operaturi pastorali ta` din il-parrocca dwar inizjattivi kateketici li jittiehdu fix-Xaghra u hekk jiehdu idea tax-xoghol kateketiku li jsir mill-katekisti fix-Xaghra. Wara, kienu mistiedna ghal bibita` fl-istess post.

001
002
003
004
005
006
007
007a
008
009
010
011
012
013
014
015
016
017
018
019

View Slideshow
Not yet rated