Home | Gallery | Festa 2008 | 08 09 20 SYDNEY BAMBINA FEAST DINNER DANCE
Xaghra Dinner Dance – tirrapporta Mrs Josephine Bigeni
Ix-Xaghra Dinner Dance sar nhar is-Sibt 20 ta' Settembru 2008 fil-Balmoral Hall gewwa Blacktown, New South Wales. Kien il-pjacir taghna din is-sena nilqghu fostna lill-Kanonku Joseph Sultana mix-Xaghra li kien il-mistieden specjali. Huwa gie apposta hawn l-Awstralja fuq stedina tax-Xaghra Association of NSW. Hawnhekk kellu l-opportunita’ li jiltaqa’ ma’ emigrati Xaghrin li kien jaf qabel u jiltaqa’ ghall-ewwel darba ma’ hafna ohrajn.
Ghad-Dinner Dance attendew tlett mija u tmenin ruh, il-bicca l-kbira minnhom mix-Xaghra, jew mnisslin mix-Xaghra, jew inkella imhalltin biz-zwieg. Kienet atmosfera pjacevoli hafna, mimlija b'ikel u xorb bnin. Id-daqq tal-grupp Roc-A-Tac kompla zejjen l-atmosfera bid-daqq kontinwu tieghu. Il-banda Giuseppe Verdi kompliet tallegra lil kulhadd u ddahhalna iktar fl-ispirtu tal-festa billi daqqet marcijiet tal-Banda Victory, tax-Xaghra. Lil dawn prosit u grazzi.
F’dan id-Dinner Dance mhux biss niehdu gost ahna izda wkoll nimmiraw li nkunu ta’ ghajnuna ghal haddiehor billi l-qligh imur ghal xi hadd mix-Xaghra li jkun qed jahdem barra minn pajjizu b’risq dawk inqas ixxurtjati minna. Din is-sena nnominajna lill-missunjarju, Fr.George Camilleri S.J. li ilu 40 sena jahdem gewwa l-Indja, qalb tfal mitlufin gewwa Kolkata, zghazagh li jattendu l-Kullegg St Xavier’s u li ghandu wkoll f’idejh Klinika. Hafna drabi jigi mitlub jghin morda li jkollhom bzonn ta’ operazzjoni billi jhallsilhom l-ispejjez ta l-isptar. Il-Kumitat dehrlu li kienet kawza gusta ghall-iskop taghna.
Nirringrazzja lil kulhadd li ghamel minn din il-lejla success kbir, specjalment lill-isponsors li ta' kull sena ma jsibuhiex bi tqila biex jghinuna, lil dawk li jirsistu biex ibieghu t-tickets minn hafna zmien qabel u lill-membri tal-Kumitat. L-ahhar u mhux l-inqas nirringrazzja lil dawk kollha li jigu. Minghajrhom dan l-avveniment ma jkunx success – huwa ahna lkoll migburin flimkien bhala Xaghrin u hbieb taghna li naghmlu l-festa! Grazzi lil kulhadd.
Kumment Editorjali : Ritratti grazzi ghal Michelle Said.
Rating 5 (Total votes: 1)



















