Xaghra Parish » Gallery » Festa 2008 » 08 SEP 08 MELBOURNE CELEBRATES IL-VITORJA
Il-Maltin f`Melbourne jiccelebraw il-Festa ta` Marija Bambina minn Paul Vella Ta` kull sena il-komunita Maltija ta` Melbourne tattendi bi hgarha biex ticcelebra l-Festa ta` Marija Bambina. Din il-Festa tigi organizzata mir-Reskeon Maltese Association and Reskeon Seniors Group Inc. ghan-nom tal-Patrijiet tas-Socjeta Missjunarja ta` San Pawl. Imma nhar it-Tnejn, 8 ta` Settembru, l-ghaqda tar-Reskeon organizzat quddiesa fic-Centru Malti ta` Parkville li ghaliha attendew aktar minn 160 ruh. Bhas-soltu, fis-sala tpoggiet l-istatwa ta` Marija Bambina u l-quddiesa giet iccelebrata mir-Rettur f`Parkville, Fr Denis Carabott, mssp, flimkien ma` Fr Dr Victor Shields, ta` l-istess Socjeta, li ghamel ukoll l-Omelija. Il-muzika u l-kant kienu f`idejn Manwel Farrugia u l-mara tieghu, Margaret, fuq l-orgni Wara l-quddiesa kien hemm kuncert ta` marci mis-St. Albans Melita Band. Dak in-nhar stess, ix-Xaghra Maltese Association organizzaw quddiesa fic-Centru Kulturali ta' Albion u li ghaliha attendew hafna nies ukoll. Il-quddiesa kienet niccelebrata minn fr Mannie Bonello, zijuh P. Victor Bonello, u Fr Eddie Zammit, fuq btala minn Ghawdex, li dan ta l-ahhar ghamel l-Omelija. Wara l-quddiesa kien hemm Kuncert ta marci mill-Maltese Own Band taht id-direzzjoni ta Mro George Aquilina. Imma l-qofol ta` dawn ic-celebrazzjonijiet kien il-Hadd, 14 ta` Settembru, meta saret il-Festa ta` Marija Bambina. Il-Komunita Maltija ferhet li ghal darb`ohra ergajna morna fil-Knisja ta` St. Mary Star of the Sea, West Melbourne, aktar maghrufa bhala l-Knisja tal-Maltin. Din il-knisja kienet ghaddejja minn restawr estensiv ghal dawn l-ahhar erba` snin, u ghalkemm ghadu sejjer, imma r-restawr ta` gewwa hu lest minn kollox u giet veru knisja sabiha. Minhabba x-xoghol li kien qed isir gewwa, is-sena li ghaddiet il-festa saret fil-Knisja ta` St. Michael, Dryburgh St, North Melbourne. Ghal darb`ohra l-komunita` Maltija attendiet b`numru kbir u kien stmat li madwar 1000 ruh imlew il-knisja tant li kien hemm nies bilwieqfa wkoll. Kien hemm ukoll coach li giet minn Sydney biex jattendu l-festi tax-Xaghra Maltese Association. Wara r-Ruzarju li gie recitat minn Emmanuel Farrugia, il-Quddiesa bdiet fit-3 pm u Prim Celebrant kien il-Provincjal tas-Socjeta Missjunarja ta` San Pawl, Fr Noel Bianco. Koncelebranti kienu Fr Denis Carabott, Fr Frans Ferrigi, Fr Edwin Agius, Fr Dr Victor Shields (kollha tal-MSSP), Fr Karm Borg, Fr Mannie Bonello, Fr Dom. Degiorgio, Fr Eddie Zammit u Fr Joseph Sultana, dawn ta` l-ahhar kienu fuq btala f`Melbourne minn Ghawdex. Il-Panegierku nisgu Fr Eddie Zammit u ntlaqa` b`capcip kbir minn dawk kollha prezenti. Il-muzika u l-kant kienu f`idejn il-Maltese Choir of Victoria, taht id-direzzjoni ta` Mro. Noel Mangion. Prezenti kien hemm il-Konslu Generali ta` Malta fil-Victoria, is-Sinjura Angele Azzopardi u r-ragel taghha Tony, il-President tal-Kunsill Malti tal-Victoria, is-Sur Victor Borg, membri tal-Esekuttiv tal-MCCV, Dr Clemente Zammit u s-Sinjura tieghu Mary, presidenti, kumitati u membri ta` ghaqdiet Maltin li attendew bl-istandardi taghhom u ghamlu offerti ta` bukketti ta` fjuri lill-Madonna. Prezenti wkoll kien hemm membri tas-Sovereign Military Hospitalier Order of St John of Jerusalem, of Rhodes and of Malta u membri tal-Maltese Ex-Services Association of Victoria, bil-midalji taghhom. Hadna gost naraw hafna zghazagh jattendu u sebghat-itfal zghar libsin il-kostumi Maltin, li hadet hsibhom is-Sinjura Lillian Calleja.Jassistu fil-Liturgija, kien hemm Emmanuel Farrugia, Mario Genuis u Frank. Waqt il-Quddiesa saru zewg gabriet. L-ewwel wahda marret ghall-fondi tal-Monument Bust ta` San Gorg Preca li se jsir fuq l-art tal-Kattidral ta` St. Patrick, East Melbourne, fejn ingabret is-somma sabiha ta` $1340. It-tieni gabra marret ghall-Knisja ta` St. Mary Star of the Sea. Wara l-quddiesa, Fr Denis Carabott irringrazzja lil dawk kollha li b`xi mod jew iehor ghenu biex din il-festa tkun wahda ta` success u mbaghad inghatat il-Barka Sagramentali. Meta c-celebrazzjonijiet fil-Knisja spiccaw, saret il-purcissjoni bl-istatwa artistika ta` Marija Bambina fit-toroq ta` madwar il-knisja, akkumpanjata mill-Maltese Own Band u s-St Albans Melita Band li daqqew marci ghall-okkazjoni. Jiehdu sehem fil-purcissjoni kien hemm membri ta` ghaqdiet Maltin bl-istandardi taghhom, kif ukoll numru sabieh tal-komunita` Maltija u anki ta` nazzjonalitajiet ohra. Grazzi lill-Ghaqda tar-Reskeon li organizzaw din il-festa u li kollox mar sewwa.Rating 2.8 (5 votes)