Xaghra Parish » Gallery » Festa 2008 » 08 09 20 SYDNEY BAMBINA FEAST DINNER DANCE

Xaghra Dinner Dance “ tirrapporta Mrs Josephine Bigeni Ix-Xaghra Dinner Dance sar nhar is-Sibt 20 ta' Settembru 2008 fil-Balmoral Hall gewwa Blacktown, New South Wales. Kien il-pjacir taghna din is-sena nilqghu fostna lill-Kanonku Joseph Sultana mix-Xaghra li kien il-mistieden specjali. Huwa gie apposta hawn l-Awstralja fuq stedina tax-Xaghra Association of NSW. Hawnhekk kellu l-opportunita` li jiltaqa` ma` emigrati Xaghrin li kien jaf qabel u jiltaqa` ghall-ewwel darba ma` hafna ohrajn. Ghad-Dinner Dance attendew tlett mija u tmenin ruh, il-bicca l-kbira minnhom mix-Xaghra, jew mnisslin mix-Xaghra, jew inkella imhalltin biz-zwieg. Kienet atmosfera pjacevoli hafna, mimlija b'ikel u xorb bnin. Id-daqq tal-grupp Roc-A-Tac kompla zejjen l-atmosfera bid-daqq kontinwu tieghu. Il-banda Giuseppe Verdi kompliet tallegra lil kulhadd u ddahhalna iktar fl-ispirtu tal-festa billi daqqet marcijiet tal-Banda Victory, tax-Xaghra. Lil dawn prosit u grazzi. F`dan id-Dinner Dance mhux biss niehdu gost ahna izda wkoll nimmiraw li nkunu ta` ghajnuna ghal haddiehor billi l-qligh imur ghal xi hadd mix-Xaghra li jkun qed jahdem barra minn pajjizu b`risq dawk inqas ixxurtjati minna. Din is-sena nnominajna lill-missunjarju, Fr.George Camilleri S.J. li ilu 40 sena jahdem gewwa l-Indja, qalb tfal mitlufin gewwa Kolkata, zghazagh li jattendu l-Kullegg St Xavier`s u li ghandu wkoll f`idejh Klinika. Hafna drabi jigi mitlub jghin morda li jkollhom bzonn ta` operazzjoni billi jhallsilhom l-ispejjez ta l-isptar. Il-Kumitat dehrlu li kienet kawza gusta ghall-iskop taghna. Nirringrazzja lil kulhadd li ghamel minn din il-lejla success kbir, specjalment lill-isponsors li ta' kull sena ma jsibuhiex bi tqila biex jghinuna, lil dawk li jirsistu biex ibieghu t-tickets minn hafna zmien qabel u lill-membri tal-Kumitat. L-ahhar u mhux l-inqas nirringrazzja lil dawk kollha li jigu. Minghajrhom dan l-avveniment ma jkunx success “ huwa ahna lkoll migburin flimkien bhala Xaghrin u hbieb taghna li naghmlu l-festa! Grazzi lil kulhadd. Kumment Editorjali : Ritratti grazzi ghal Michelle Said.

E5
E6 All Blu for the Bambina
E7
E8 Mrs Director
E9 Hilarious Sultana
F1 Can Sultana flies high
F2 Smiles as long as miles
F3
F4 Merited applause
F5 Time for presentation
F6 Hurrah, suits perfectly

View Slideshow
Rating 5.0 (1 vote)