Xaghra Parish » Gallery » Randan 2008 » Randan 2008 Nazzarenu » 16 MAR 08 NAZZARENU HADD IL PALM

Gewwa n-Nazzarenu, Hadd il-Palm fil-ghodu, 16 ta` Marzu, sar it-tberik tal-palm u taz-zebbug quddiem ic-Centru Gesu' Nazzarenu. Immedjatament wara din il-funzjoni, saret purcissjoni li tirraprezenta d-dahla ta' Kristu f'Gerusalemm immexxija minn Dun Salv Sultana mghejjun mir-Rettur Dun Anton Refalo Rapa, il-Kan. On. Daniel Xerri u Fr Mark Demanuele. Hadu sehem ukoll is-Sorijiet Frangiskani u gemgha mdaqqsa ta` tfal, zghazagh, u rgiel u nisa. Il-purcissjoni mxiet mat-toroq Gajdoru, Gnejna u Gnien Xibla. It-tfal kollha li hadu sehem kienu lebsin ilbies Lhudi ta` zmien Kristu. Peress li kien il-Jum Mondjali taz-Zghazagh, hafna zghazagh hadu sehem attiv u kien hemm talb iddedikat ghalihom. Meta l-purcissjoni waslet lura fuq iz-zuntier tal-Knisja, tfajjel qara messagg ta' merhba f'isem il-komunita' tan-Nazzarenu. Ic-cerimonja kompliet gewwa l-knisja billi Fr Mark Demanuele ikkoncelebra l-Ewkaristija mar-Rettur u s-sacerdoti l-ohra msemmija. Il-Grupp taz-Zghazagh tan-Nazzarenu, The Guiding Light, anima l-quddiesa. Fl-ahhar tac-celebrazzjoni Joseph Xerri, f'isem iz-zghazagh kollha wassal messagg ta' l-okkazjoni. Ic-cerimonja ta fil-ghodu spiccat billi nghata rigal ta' tifkira lil kull wiehed miz-zghazagh kollha prezenti. Rapport u ritratti Carmel Agius “ drittijiet mizmuma mill-awtur.

E7
E8
E9
F1
F2
F3
F3b (1)
F3b
F4
F5
F6
F7
F8
F9
G1
G2
G3
G4
G5
G6

View Slideshow
Rating 5.0 (1 vote)