Xaghra Parish » Gallery » Randan 2008 » Randan 2008 Nazzarenu » 22 MAR 08 NAZZARENU Velja ta Sibt il Ghid
L-akbar celebrazzjoni tas-Sena Liturgika, is-Sahra solenni ta' l-Ghid il-Kbir, fil-Knisja ta` Gesu` Nazzarenu bdiet Sibt il-Ghid fid-9.00 p.m. u l-funzjoni kollha spiccat fis-1.00 a.m. sbieh Hadd il-Ghid. Matul ic-celebrazzjoni saret il-Mixghela tad-Dawl, it-Thabbira ta' l-Ghid, il-Liturgija tal-Kelma t'Alla, il-Weghdiet tal-Maghmudija u l-Liturgija ta' l-Ewkaristija waqt Koncelebrazzjoni mmexxija mill-Kan. On. Dun Daniel Xerri, Rettur tas-Seminarju, mghejjun minn Dun Anton Refalo Rapa, Mons. Karm Hili u Fr. Mark Demanuele. Il-kor Maranatha tal-Komunita` taht id-direzzjoni ta` Mario Xerri anima waqt ic-celebrazzjonijiet kollha. Meta spiccat il-funzjoni, it-tfal kollha entuzjazmu resqu biex ircevew figolla kull wiehed u kull familja prezenti nghatat rigal ta' l-okkazjoni. Ic-celebrazzjonijiet ghalqu billi kulhadd ingabar fic-Centru Gesu` Nazzarenu fejn ta l-awguri tieghu lil xulxin u flimkien qasmu l-ferh ta` l-Ghid, l-ikbar festa tal-Knisja. Rapport u ritratti ta` Carmel Agius - drittijiet kollha mizmuma.Rating 4.7 (3 votes)