THEJJIJA GHAZ-ZWIEG
\\


Il-Parrocca tiehu hsieb tipprepara l-gharajjes ghaz-zwieg billi torganizza laqgha kull xahar ghal dawk il-koppji li jkun waslu biex jizzewgu generalment fi zmien sena jew tnejn. Il-laqghat isiru fl-ahhar Hadd tax-xahar u jinzammu fl-Oratorju tal-Passjoni fl-10.00 a.m. u jibdew bil-Quddiesa. Wara l-quddiesa jkollhom tahdita minn persuni kull differenti fuq suggetti li jolqtu l-hajja mizzewga. Fl-ahhar tal-kors, jinghataw certifikat ta' attendenza. Din is-sena hemm registrati tletin koppja.

Il-laqghat jiehu hsiebhom Dun Salv Sultana, Vici Arcipriet tal-Parrocca, li jahdem bla heda fost din il-kategorija ta' zghazagh.


\\\
Dun Salv Sultana li jorganizza l-Laqghat
Sezzjoni mill-Gharajjes fil-laqgha tal-Hadd 25 ta' Mejju 2003