Kif taghmel il-Via Sagra

(Fil-Knisja wiehed imur quddiem is-Sagrament u jibda l-Via Sagra bit-Talba li gejja;. ghalkemm wiehed ikun id-dar tajjeb li jibda wkoll biha)

“Kif ninsabu gharkubbtejna quddiem Gesu Sagramentat, nadurawh bil-qalb kollha u naghmlu l-attijiet.
Mulejja, nemmen fik, kollok verita’.
Mulejja, nitma fik, kollok hniena.
Mulejja, inhobbok fuq kollox, kollok imhabba.
Mulejja, nindem ghax reghxtek u offendejtek, kollok tjieba.
Mulejja, inqaddes ruhi bis-Sagramenti Tieghek, kollok qdusija.”

Insiehbu lil Sidna Gesu’ fil-vjagg li ghamel minghand Pilatu sal-Kalvarju, mghobbi s-salib, u nitolbuh li jheggeg il-qalb taghna bin-nar ta’ l-imhabba Tieghu u jaghtina d-dawl biex naghrfu nimmdeditaw it-tbatija u l-mewt Tieghu.

Nitolbu ghall-Knisja Mqaddsa, ghall-paci tal-midinbin, ghall-perseveranza tat-tajbin, ghall-proxxmu taghna kollu, u ghas-suffragju ta’ l-erwieh tal-Purgatorju.

Fl-Isem tal-Missier u tal-Iben u ta’ l-Ispirtu s-Santu.
Nadurawk o Gesu u nberkuk ghax b’salibek u l-mewt Tieghek inti fdejtna.

Nikkunsidraw fl-ewwel stazzjon meta Sidna Gesu Kristu’ kien ikkundannat ghall-mewt bla htija.

Nitolbuk Gesu’, ghall-merti tad-disprezz li ghamlulek u ghall-umilta’ Tieghek li ridt tircievi s-sentenza tal-mewt, tirxoxta r-ruh taghna mill-mewt tad-dnub u tehlisna mill-qilla tal-haqq Tieghek.

Missierna…, Sliema…, Glorja….

Imbierka l-passjoni u l-mewt ta’ Sidna Gesu’. Mulejja henn ghalina u l-mahfra ta’ dnubietna aghtina.

Nadurawk o Gesu u nberkuk ghax b’salibek u l-mewt Tieghek inti fdejtna.


Nikkunsidraw fit-tieni stazzjon, meta lil Sidna Gesu’ pprezentawlu s-Salib u Gesu’ ghall-imhabba li jgibilna accettah bil-hlewwa.

Nitolbuk Gesu’, ghall-merti ta’ dan l-istazzjon, aghtina l-grazzja li naccettaw bil-ferh l-hemm u s-slaleb li tibghatilna marbutin mal-volonta’ Tieghek.

Missierna …. , Sliema ……. , Glorja …….

Imbierka l-passjoni u l-mewt ta’ Sidna Gesu’. Mulejja henn ghalina u l- mahfra ta’ dnubietna aghtina.

Nadurawk o Gesu u nberkuk ghax b’salibek u l-mewt Tieghek inti fdejtna.


Nikkunsidraw fit-tielet stazzjon, meta Sidna Gesu’ kien tiela’ l-Kalvarju u waqa’ ghall-ewwel darba ghal wiccu fl-art taht is-salib.

Nitolbuk Gesu’, ghall-merti ta’ l-ewwel waqa’ Tieghek, aghtina l-grazzja li qatt ma naqghu fl-ebda dnub mejjet u lanqas venjal ghal ta’ l-apposta.

Missierna …. , Sliema ……. , Glorja …….

Imbierka l-passjoni u l-mewt ta’ Sidna Gesu’. Mulejja henn ghalina u l- mahfra ta’ dnubietna aghtina.

Nadurawk o Gesu u nberkuk ghax b’salibek u l-mewt Tieghek inti fdejtna.



Nikkunsidraw fir-raba’ stazzjon, meta Sidna Gesu’ kien tiela’ l-Kalvarju u ltaqa’ ma’ Ommu Marija Santissima u l-Lhud b’kefrija kbira ferrquhom minn xulxin.

Nitolbuk Gesu’, ghal dan id-dulur, aghtina l-grazzja li gurnata maghkom niltaqghu fil-glorja tal-Genna.

Missierna …. , Sliema ……. , Glorja …….

Imbierka l-passjoni u l-mewt ta’ Sidna Gesu’. Mulejja henn ghalina u l- mahfra ta’ dnubietna aghtina.

Nadurawk o Gesu u nberkuk ghax b’salibek u l-mewt Tieghek inti fdejtna.




Nikkunsidraw fil-hames stazzjon, meta Sidna Gesu kien tiela l-Kalvarju u gie mghejjun minn Xmun ic-Cirinew jerfa’ s-salib.

Nitolbuk Gesu’, ghall-merti ta’ dan il-vjagg ta’ tant tbatija, aghtina l-ghajnuna biex nghaddu ’l quddiem fil-ghemil it-tajjeb u fih nipperseveraw sa l-ahhar.

Missierna …. , Sliema ……. , Glorja ……. Imbierka l-passjoni u l-mewt ta’ Sidna Gesu’. Mulejja henn ghalina u l- mahfra ta’ dnubietna aghtina.

Nadurawk o Gesu u nberkuk ghax b’salibek u l-mewt Tieghek inti fdejtna.




Nikkunsidraw fis-sitt stazzjon meta Sidna Gesu Kristu’ kien tiela l-Kalvarju u ltaqa’ mal-Veronika, li resqet ixxuttat il-Wicc Imqaddes Tieghu, u Gesu’ halla x-xbiha Tieghu fil-velu taghha ghat-tifkira taghna. Nitolbuk Gesu’, ghall-merti ta’ l-gharaq u d-demm Tieghek, stampa f’qalbna l-passjoni u l-mewt Tieghek, biex ikollna l-qawwa li neghlbu l-ghedewwa kollha taghna.


Missierna …. , Sliema ……. , Glorja ……. Imbierka l-passjoni u l-mewt ta’ Sidna Gesu’. Mulejja henn ghalina u l- mahfra ta’ dnubietna aghtina.

Nadurawk o Gesu u nberkuk ghax b’salibek u l-mewt Tieghek inti fdejtna.





Nikkunsidraw fis-seba’ stazzjon meta Sidna Gesu’ kien tiela’ l-Kalvarju u waqa’ ghat-tieni darba ghal wiccu fl-art taht is-salib.

Nitolbuk Gesu’, ghall-merti tat-tbatija li batejt that is-salib, aghtina l-grazzja li dejjem nohorgu rebbehin mit-tigrif kollu tal-gisem, tad-dinja u tal-ghadu bhalma weghdniek fil-maghmudija

Missierna …. , Sliema ……. , Glorja …….

Imbierka l-passjoni u l-mewt ta’ Sidna Gesu’. Mulejja henn ghalina u l- mahfra ta’ dnubietna aghtina.

Nadurawk o Gesu u nberkuk ghax b’salibek u l-mewt Tieghek inti fdejtna.






Nikkunsidraw fit-tmin stazzjon meta Sidna Gesu Kristu’ kien tiela’ l-Kalvarju u ltaqa’ man-nisa ta’ Gerusalemm u kif bdew jithasruh u jibkuh, Gesu’ qalilhom: “La tibkux lili, ibku lilkom u ’l uliedkom”.

Nitolbuk Gesu’, ghall-merti ta’ din il-mohqrija li siltet id-dmugh, aghtina l-grazzja li nibku l-izbalji taghna ta’ l-imghoddi u ghal li gej nghixu hajja li biha naghtu gost u glorja Lilek.


Missierna …. , Sliema ……. , Glorja ……. Imbierka l-passjoni u l-mewt ta’ Sidna Gesu’.

Mulejja henn ghalina u l- mahfra ta’ dnubietna aghtina.

Nadurawk o Gesu u nberkuk ghax b’salibek u l-mewt Tieghek inti fdejtna.








Nikkunsidraw fid-disa’ stazzjon, meta Sidna Gesu’ kien tiela l-Kalvarju u waqa’ ghat-tielet darba, ghal wiccu fl-art taht is-salib.

Nitolbuk Gesu’, ghall-merti tad-debulizza li garrabt that is-salib, ikkonfortana fid-debulizzi taghna u aghtina l-grazzja li qatt ma nzidu noffenduk.

Missierna …. , Sliema ……. , Glorja …….

Imbierka l-passjoni u l-mewt ta’ Sidna Gesu’. Mulejja henn ghalina u l- mahfra ta’ dnubietna aghtina.

Nadurawk o Gesu u nberkuk ghax b’salibek u l-mewt Tieghek inti fdejtna.








Nikkunsidraw fl-ghaxar stazzjon meta Sidna Gesu wasal fuq il-Kalvarju u l-Lhud qabdu fih u nezzghuh il-libsa li kienet imwahhla mal-pjagi tal-gisem imqaddes Tieghu.

Nitolbuk Gesu’, ghall-merti ta’ din it-tbatija, nezzghana mill-frugha, mill-imhabba hazina taghna nfusna u mill-pjaciri tad-dinja u libbisna bl-umilta’ u bil-qdusija.

Missierna …. , Sliema ……. , Glorja …….

Imbierka l-passjoni u l-mewt ta’ Sidna Gesu’. Mulejja henn ghalina u l- mahfra ta’ dnubietna aghtina.

Nadurawk o Gesu u nberkuk ghax b’salibek u l-mewt Tieghek inti fdejtna.







Nikkunsidraw fil-hdax-il stazzjon meta lil Sidna Gesu’ kkmandawh jimtedd fuq is-salib u Gesu’ obda sakemm sammruh bl-imsiemer ghal dnubietna.

Nitolbuk Gesu’, ghall-merti ta’ l-ubbidjenza Tieghek, aghtina l-grazzja li nkunu dejjem ubbidjenti f’dak kollu li hu ghall-glorja Tieghek.

Missierna …. , Sliema ……. , Glorja …….

Imbierka l-passjoni u l-mewt ta’ Sidna Gesu’. Mulejja henn ghalina u l- mahfra ta’ dnubietna aghtina.

Nadurawk o Gesu u nberkuk ghax b’salibek u l-mewt Tieghek inti fdejtna.











Nikkunsidraw fit-tnax-il stazzjon, meta Sidna Gesu’ ghollewh mislub bejn zewg hallelin u wara tliet sighat ta’ agunija Gesu’ miet fuq is-salib.

Nitolbuk Gesu’, ghall-merti ta’ l-agunija u l-mewt Tieghek, aghtina l-grazzja li mmutu ghad-dinja u ghalina nfusna biex inkunu kollna Tieghek u naghmlu mewta tajba bhalma ghamel il-halliel it-tajjeb.

Missierna …. , Sliema ……. , Glorja …….

Imbierka l-passjoni u l-mewt ta’ Sidna Gesu’. Mulejja henn ghalina u l- mahfra ta’ dnubietna aghtina.

Nadurawk o Gesu u nberkuk ghax b’salibek u l-mewt Tieghek inti fdejtna.









Nikkunsidraw fit-tlettax-il stazzjon, meta lil Sidna Gesu’ nizzluh mis-salib u qeghduh fil-hdan ta’ Ommu Marija Santissima.

Nitolbuk Marija Santissima, ghall-merti tad-duluri Tieghek, itlob ghalina u aqlghalna s-soghba u l-indiema perfetta ta’ dnubietna u l-perseveranza sa l-ahhar fil-grazzja ta’ Ibnek Gesu’.


Missierna …. , Sliema ……. , Glorja …….

Imbierka l-passjoni u l-mewt ta’ Sidna Gesu’.

Mulejja henn ghalina u l- mahfra ta’ dnubietna aghtina.

Nadurawk o Gesu u nberkuk ghax b’salibek u l-mewt Tieghek inti fdejtna










Nikkunsidraw fl-erbatax-il stazzjon, meta lil Sidna Gesu’ haduh mill-hdan ta’ Ommu Marija Santissima u difnuh f’qabar gdid.

Nitolbuk Gesu’, ghall-merti tal-mewt u d-difna Tieghek, aghtina l-grazzja li ngeddu hajja gdida b’qalb safja u sinciera u li spiss nircevuk Sagramentalment fis-sider taghna biex ruhna dejjem tghix fil-grazzja Tieghek.

Missierna …. , Sliema ……. , Glorja …….

Imbierka l-passjoni u l-mewt ta’ Sidna Gesu’. Mulejja henn ghalina u l- mahfra ta’ dnubietna aghtina.






Nirringrazzjaw ’l Alla bil-qalb kollha minn kemm grazzji u gid ghamlilna matul hajjitna u li ghamilna din il-Via Sagra ghall-glorja Tieghu.

Missierna …, Sliema …, Glorja (ghal hames darbiet) f’gieh il-hames pjagi ta’ Sidna Gesu’.

Missierna …, Sliema …, Glorja …, (skond il-fehma tal-Papa biex nirbhu l-indulgenzi).

Salve Regina … (f’gieh id-duluri ta’ Marija Santissima).

Missierna … (f’gieh il-Qalb Imqaddsa ta’ Gesu’).
Sliema … (f’gieh il-Maternita’ ta’ Sidtna Marija Vergni).
Missierna …, Sliema …, u
(ghal tliet darbiet) Aghtihom O Mulej il-Mistrieh ta’ Dejjem (b’suffragju lill-erwieh tal-Purgatorju.