L-ewwel Knisja tax-Xaghra
Fis-Seklu 13 inhasset il-htiega biex timbena kapella zghira fil-qalba tal-ewwel ftit djar tar-rahal tax-Xaghra (formalment maghrufa bhal Casal Caccia) u li kienet iddedikata lil Sant’Anton eremita, fl-inhawi fejn illum jissejhu tal-Qacca. Din il-kapella nbniet mil-familja nobbli ta’ Camire Hinzi u allura serviette bhala l-ewwel Knisja Parrokjali mill-1688 sal-1692. Ta’ min jghid li din il-kapella ghada tiffunzjona regolarment u llum hi maghrufa bhala il-kapella ta Sant’ Anton.
· X’kien hemm qabel il-Knisja tal-lum
Fit-12 ta’ Mejju 1692 tlestiet knisja zghira bl-ghajnuna ta xi sqallin fejn illum insibu il-Kor tal-Bazilika biex taqdi ahjar il-htigijiet spiritwali tax-Xaghrin li n-numru taghhom beda jikber gmielu. Ghal-ewwel din giet iddedikata lill-Madonna tal-Grazzja u wara, fid-9 t’Ottubru 1692, giet iddedikata lit-Twelid ta’ Marija Bambina.
· Il-Bini tal-Knisja Prezenti
Mal-mixja tas-snin il-poplu tax-Xaghra kompla tant jikber li rega nhass il-bzonn ta’ Knisja akbar. Ghalhekk fil-1813 il-Kappillan tax-Xaghra, Rev. Vincenzo Cauchi, li f’dak iz-zmien kellu tmenin sena beda jheggeg lix-Xaghrin li jienu elf u mitejn biex jghinuh fil-flus halli jkun jista’ jibni Knisja gdida, u hu stess ta s-somma ta’ 500 skud. In-neputi tieghu, l-Kanonku Dun Salv Bondin, ghamel b’xejn il-pjanta tal-knisja l-gdida. L-ewwel gebla tqieghdet hdejn il-knisja z-zghira li kellha titwaqqa’ kif tinbena l-gdida. Zmien wara, l-bini tal-knisja kellu jieqaf ghax fis-sbatax ta Marzu 1814 faqghet il-pesta fix-Xaghra li halleit 104 vittmi fosthom il-Kappillan Dun Vincenzo Cauchi. Wara Cauchi, lahaq Kappillan Dun Frangisk Dafa’ u ftit wara kompla l-bini tal-knisja. Izda minhabba l-pesta li kienet ghadha kemm ghaddiet, il-poplu kien mifni, fqir u f’mizerja kbira, tant li mhux talli l-bini kompla tiela izda l-Kappillan kellu jqassam il-flus li kien gabar il-Kappillan ta qablu lil dawk li kienu foqra u batuti minhabba l-flagell tal-pesta.
Wara l-mewt ta’ Gafa lahaq il-Kappillan Dun Mikiel Buttigieg mill-Qala li ‘l quddiem kien sar l-ewwel isqof t’Ghawdex. Il-Kappillan Buttigieg ukoll xtaq ikompli l-bini tal-knisja u hu stess ta 2100 skud. L-Isqof ta’ Malta ta’ dak iz-zmien, Mons. Konti Sant, ta minn jeddu 4731 skudi waqt li 1000 skud ingabru minn xi fondi ta’ post vojt ta’ Kanonikat fil-Kollegjata tar-Rabat. Il-Kappillan Buttigieg kellu jitlaq mix-Xaghra ghax lahaq Arcipriet tar-Rabat u wara Isqof. Izda qabel telaq kellu x-xorti jara parti mill-knisja mibnija. Dawn kienu ; il-Kor, iz-zewg Kappelluni, l-Faccata l-Kbira, il-hajt Laterali li jdawwar il-Knisja kollha u l-Kampnar tan-naha tal-Lemin.
Warajh gie Dun Frangisk Buttigieg min-Nadur fil-15 ta’ Jannar 1849. Dan ukoll habrek biex jitkompla l-bini. Taht it-tmexxija ghaqlija tal-bennej Frangisk Portelli mir-Rabat, ix-xoghol beda miexi gmielu tant li fl-20 ta’ Novembru tal-1850, il-Knisja z-zghira giet mwaqqa u parti mill-knisja l-gdida bdiet tigi uzata ghall-funzjonijiet religjuzi. Din il-parti giet imbieka fl-10 t’ Awissu 1851. Erba’ snin wara, fl-5 ta’ Jannar 1855 il-Knisja kollha kienet lesta minbarra l-koppla u giet imbierka fl-14 ta’ Frar 1855. L-ispejjez tal-bini kienu 70,000 skud li 46 elf kienu xoghol b’xejn mix-Xaghrin.
Fis-26 ta’ Mejju 1878, jigifieri tliet u ghoxrin sena wara li tlestiet il-knisja l-gdida, fi zmien il-Kappillan Dun Gwann Cammilleri minn Nadur, il-knisja giet ikkonsagrata mill-Isqof t’Ghawdex Mons. Pietru Pace. L-ispejjez tac-cerimonji kollha gew imhallsin mis-sur Pawlu Vella.
Fl-1885 gie ordnat arlogg ghall-knija li ghadu jahdem sal-llum u l-qanpiena l-kbira li l-hlas taghha sar minn Guzeppi Rapa (ta’ l-Ispanjol). Dan kien fi zmien il-Kappillan l-gdid Dun Gwann Battista Grech.
· Il-Bini tal-Koppla
Il-Kappillan Grech ma kellux ix-xorti jara l-koppla tal-knisja mibnija, izda dak li gie warajh, il-Kappillan u Arcipriet Dun Guzepp Diacono, habrek hafna ghall bini taghha, li beda fis-sbatax ta’ Mejju 1892. Il-koppla li kienet l-ewwel wahda f’Ghawdex fil-kobor u l-ghamla, hadet sitt xhur biex indniet minn Wigi Vella miz-Zebbug. Ix-Xaghrin ukoll ghandhom sehem ewlieni fil-bini taghha, ghax kull filghodu huma u sejrin il-knisja kienu jgorru jew gebla jew barmil ilma jew xkora trab u jpogguhom hdejn il-bieb qabel jidhlu ghall-quddies. Matul il-gurnata t-tokki tal-qanpieni l-kbira kienu jhabbru li tinhtieg xi ghajnuna. Jinghad li l-misrah ewlieni tax-Xaghra imtela 3 darbiet bil-gebel minnhabb l-koppla. Dik is-sena l-festa titulari tat-8 ta’ Settembru saret fl-25 t’Ottubru meta tbierket u nkixfet il-koppla tal-knisja.
——————————————————————————–
L-Ewwel Kappillan – Dun Bernard Formosa kien maghzul biex iservi fil-kappella ta’ Sant’ Anton fil-15 ta’ Gunju 1689. Hu serva fil-parrocca tax-Xaghra sas-sena 1699, sakemm gie maghzul Kanonku tal-Kollegjata tar-Rabat. Miet fl-14 ta’ Marzu 1700.
It-Tieni Kappillan – Dun Mark Antonju Grima gie maghzul it-tieni kappillan tax-Xaghra fil-21 ta’ Lulju 1700 mill-Isqof Davide Cocco Palmeri. Minhabba sahtu kellu bzonn imur Malta ghal kura. Huwa miet fit-30 ta’ Settembru 1715 u gie midfun liebes ta’ patri fil-kunvent tal-kapuccini tal-Furjana. It-
Tielet Kappillan – Dun Gwann Simone Pace mill-Birgu gie maghzul biex imexxi il-parrocca tax-Xaghra fis-sena 1716. Bhal ta’ qablu, l-kappillan kien debboli hafna u htija ta’ dan miet meta kellu 48 sena fl-1726.
Ir-Raba’ Kappillan – Fis-sena 1726 inhatar bhala kappillan tax-Xaghra Dun Mattija Spiteri. Dun Mattija serva bhala kappillan ghal-30 sena. Fit-8 ta’ Settembru ta’ matul iz-zmien tieghu ta’ parokkat, ingieb ix-Xaghra l-Ostensorju (ir-relikwa tal-Bambina).
Il-Hames Kappillan – L-Isqof Rull ghazel lil Dun Vincenz Cauchi bhal raghaj tal-parrocca fl-1 ta’ Novembru 1760. Matul is-snin li ghamel bhala kappillan tax-Xaghra, il-knisja taghna giet misruqa mill-Francizi li kienu f’Malta. Dun Vincenz fl-eta ta’ 80 sena beda jheggeg lil-parrucjani halli jibnu knisja akbar. Hu miet kawza tal-pesta li hakmet lix-Xaghra fis-27 t’April 1814.
Is-Sitt Kappillan – Ghal Dun Frangisk Gafa’ iz-zmien u c-circustanzi ta’ dakinhar kienu tassew sfavorevoli. Sab ir-rahal batut materjalment minhabba l-pesta. Dun Frangisk kellu jqassam il-flus li kienu ingabru ghall-knisja u jaghtih lill-foqra. Miet fil-15 ta’ Frar 1823 fl-eta’ ta’ 70 sena.
Is-Seba’ Kappillan – Dun Mikiel Buttigieg, inhatar bhala is-seba’ Kappillan tax-Xaghra. Hadem u stinka biex ikompli il-knisja li kienet qed tinbena zmien qabel. Wara 25 sena ta’ hidma fil-parrocca taghna Dun Mikiel Buttigieg (li kien mill-Qala) nhatar bhala l-ewwel Isqof t’Ghawdex.
It-Tmin Kappillan – Dun Frangisk Buttigieg minn Nadur inhatar bhala kappillan tax-Xaghra. Matul iz-zmien tieghu bhala kappillan bdiet tintuza l-ewwel parti tal-knisja l-gdida. Saru ukoll hafna opri matul iz-zmien tal-parokat tieghu l-aktar fid-dekorazzjoni tal-Knisja. Dun Frangisk miet htija tal-Kolera fit-3 t’Ottubru 1865.
Id-Disa’ Kappillan – Dun Gwann Camilleri gie mahtur kappillan ix-Xaghra fil-31 t’Ottubru 1865. Fi zmienu ingabu x-Xaghra l-istatwi ta’ San Guzepp u tal-Bambina. L-istatwa tal-Bambina qamet 100 skud li ghamel tajjeb ghalihom is-Sur Ang Bonello u nhadmet f’ Marsilja mid-ditta Gallard et Fils. Sitt snin wara giet ordnata l-istatwa ta’ San Guzepp li thallset mis-Sur Wigi Cini.
L-Ghaxar Kappillan – Fl-1881 il-kappillan Dun Gwann Camilleri mar in-Nadur biex jiehu post Dun Giovanni Battista Grech billi dan ta’ l-ahhar ma kienx jaqbel mal-poplu tan-Nadur u gie x-Xaghra. Fl-1885 dan il-kappillan ordna l-arlogg tal-knisja, li ghadu jahdem sal-lum. Barra dan gew ordnati sett t’erba qniepen godda.
Il-Hdax il-Kappillan – L-Ewwel Arcipriet – Il-kappillan Diacono ha l-pusses tieghu fit-30 t’Awwissu 1891, imma sentejn wara lahaq Arcipriet. L-ewwel darba li libes is-Salib Pettorali (li kien jiswa Lm19. 11s. 6d) kien fil-11 ta’ Marzu 1893. Dan l-Arcipriet jibqa’ msemmi ghal-bini tal-koppla. Saret ukoll il-qanpiena il-kbira, is-sagristija prezenti, id-damask u xi pittura. F’dan iz-zmien il-knisja giet mghollija ghad-dinjita ta’ Kollegjata. F’April ta’ l-1909 l-Arcipriet Diacono irtira ghaliex ma kienx ghadu jiflah. Qabel ma miet (22 ta’ Lulju 1923) kellhu x-xorti jara l-bidu tal-bini tal-Knisja tan-Nazzarenu.
It-Tieni Arcipriet – Dun Mawrizju Cauchi S.Th.D. ha l-pusses f’Hadd il-Palm, 3 t’April 1909 fl-eta ta 36 sena. Fl-1913 l-Arcipriet ordna pedestall tal-fidda mahdum mill-artist Tajan Pio Cellini. Sena wara waslu sett ta’ 8 statwi godda tal-Gimgha l-Kbira, li kienu gew ordnati minn Lecce l-Italja. Fl-1915 gie ordnat il-ventartal tal-fidda u wara Mawrizju Cauchi haseb biex tigi mpittra l-knisja mill-Profs. Virginio Monti. Wara gew ordnati t-twieqi sbieh tal-‘istained glass’ li ghandna illum fil-koppla u l-korsija. Gie ordnat l-irham tal-pavimenti bl-ghajnuna ta Dun Michelangelo Cauchi li issa kien qed jaghti daqqa t’id lil Arcipriet peress li dan ma tantx kien jiflah. Fl-1947 l-Papa Piju XII unurah bit-titlu ta’ Prelato Domestico. Dan l-Arcipriet miet fid-29 ta’ Lulju 1951 u kellu funeral mill-isbah.
It-Tielet Arcipriet – Fis 7 t’Awwissu 1951, Dun M.Angelo Cauchi li kien ilu jservi ta kondjatur ghal aktar minn 13-il sena, ha l-pussess t’Arcipriet tax-Xaghra.Dan l-Arcipriet kompla jzejjen lill-knisja. Inbniet in-nicca tal-Bambina, tkompla l-irham tal-pilastri tan-navi u l-pavimenti tal-presbiterju tal-Kor. Fit-23 t’Ottubru 1955 tlesta l-pulptu ta’ l-irham u wara gew ordnati zewg ventartali ta’ l-irham. Fl-24 t’Awwissu 1956 waslet girlanda tal-fidda li titpogga f’riglejn il-Bambina. Din giet ukoll mhalsa mis-Sur Andrea Cauchi u giet mahduma mid-ditta Bartorelli. Fit-3 ta’ Frar 1963 giet imbierka il-Via Sagra ta’ l-irham li ghandna illum, filwaqt li fis-6 ta’ Mejju 1965 il-Kardinal Luigi Traglia bierek il-gallerija ta’ l-orgni ta’ l-irham. It-tabernaklu tal-fidda gie mbierek fit-13 ta’ Marzu 1967.
Ir-Raba Arcipriet – wasal iz-zmien li X-Xaghra jkollha lil wiehed minn uliedha bhala Raghaj Spiritwali. Dan sehh fil-persuna ta Mons. Eukaristico Sultana li gie nnominat Arcipriet nhar l-14 t’Ottubru 1973. L-akbar hidma ta’ l-Arcipriet Sultana, barra minn tizjin iehor fil-Bazilika taghna, huwa l-aggornament tal-parrocca fid-dawl tal-Koncilju Vatican II b’mod partikulari f’dik li hi liturgija, pastorali, vokazzjonijiet, katakezi, karita u hidma vokazzjonali.