Il-fdalijiet li nsibu fil-Ggantija huma ta’ zewg tempji, wiehed ikbar mill-iehor, imissu ma’ xulxin. Hu mahsub li dawn it-tempji qatt ma kienu mirduma ghal kollox bhal nghidu ahna l-fdalijiet tat-tempji ta’ Hal Tarxien. Dan minhabba l-fatt li nsibu indikazzjonijiet li n-nies ta’ l-inhawi mhux biss kienu jafu bihom, izda kienu wkoll bnew leggendi dwarhom, jigifieri “Ggantija” turi li missirijietna kienu jsostnu li kien tempju nibni minn nies b’sahha ta’ ggant.
Min qatt ma sema’ bl-istejjer ta’ dik il-mara li kienet iggorr il-gebel wehidha? Jew inkella tiekol biss ful, biex ikollha dik is-sahha kollha? Sahansitra, anki l-post fejn kienet tistrieh wara gurnata xoghol, ghadu jigi indikat.
L-ewwel darba li jissemmew dawn il-postijiet huwa fis-seklu tmintax. Ghalkemm il-Kommendatur Gian Frangisk Abela kien kiteb l-istorja tal-gzejjer Maltin, u jsemmi wkoll diversi postijiet fejn kienu jinsabu fdalijiet li jixbhu lil dawn tal-Ggantija, il-fdalijiet proprja Ghawdxin ma kienx isemmihom b’isimhom.
Kien imbaghad Ciantar, meta kiteb il-ktieb tieghu halli jzid ma’ dak li kien kiteb Abela qablu, li l-fdalijiet tal-Ggantija jissemmew prattikament minn kull arkeologu, storiku u persuni ohra li kitbu dwar l-istorja tal-gzejjer Maltin.
Jekk wiehed jaghti harsa lejn l-ewwel stampi li bdew jidhru ta’ dan il-post malajr naraw li mhux ta’ b’xejn kien hemm interess enormi minn kull min kien japprezza dawn it-tip ta’ fdalijiet. Hu mahsub li l-ewwel darba li l-fdalijiet tal-Ggantija kienu ghall-wiri kien fis-sena 1787.
Dawn il-veduti kienu maghmula minn Jean Houel, vjagjatur li kien ghamel zjara fil-gzejjer taghna. Ghalhekk meta kien kiteb dwar il-vjaggi tieghu kien zejjen l-istess deskrizzjonijiet billi haseb li jpoggi wkoll diversi disinji li kien ghamel hu stess. Kien imbaghad fis-sena 1804, meta kienu dehru veduti ta’ dawn il-fdalijiet f’Londra, veduti li kienu maghmula minn Robinson.
Dawn il-fdalijiet kienu gew moghtija l-isem tat-Torri ta’ l-Gganti, u minhabba li poggew ukoll figuri umani magenb l-istess fdalijiet, allura wiehed mill-ewwel kienu jiehu l-impressjoni tal-kobor taghhom. Wiehed jahseb li kienu dawn l-istess stampi, li mbaghad bdew jintuzaw minn diversi kittieba ohra, li bdew jaghtu l-idea tal-kobor ta’ dawn il-postijiet, u fl-istess hin iqajmu interess dwarhom.
Izda l-probabilita’ hi li l-ahjar stampi li ghandna tal-Ggantija tas-seklu dsatax huma dawk li ghadhom merfughin fil-Biblijoteka Nazzjonali tal-Belt Valletta u dawn juru l-fdalijiet tal-Ggantija kif kien rahom l-artist Charles Fredrick Brochtorff. Dawn l-istampi huma mahsuba li kienu saru waqt li kienu qeghdin isiru skavi, jekk wiehed jista jsejhilhom hekk. L-iskavi kienu qeghdin isiru mill-ufficjal Ingliz li kien responsabbli t’Ghawdex, John Otto Bayer, u dan kien haseb jipprova johrog aktar ahjar l-istess fdalijiet li kien hemm.
Biex tifhem il-Ggantija, wara li tidhol, jehtieg tmur fit-tieni tempju fuq ix-xellug. Dan hu l-eqdem, l-ikbar u l-isbah. Fih naraw ghadd ta’ bocci kbar li fuqhom kienu jgerrbu u jgorru l-gebel kbir minn naha ghall-ohra. Hemm ukoll zewg kaxxi tal-gebel li aktarx kienu bhal nicec. Fihom tara dekorazzjoni sabiha, qisha xehda tan-nahal. Fl-art quddiem in-nicca ta’ idek ix-xellugija tara toqba li fiha kienu jqieghdu l-ikel, u jista’ jkun xorb ukoll, bhala offerta ghall-allat. F’kuridur minn dan it-tempju hemm zewg artali, wiehed minnhom ghandu d-dekorazzjoni bl-ispirali.
Meta tohrog minn dan it-tempju u ddur fuq ix-xellug, issib ruhhek f’tempju izghar minnu u mibni zmien wara. Dan it-tempju fih ukoll hames taqsimiet. F’dan it-tempju nsibu wkoll artali u nicec.
Ta’ min jghid li fit-tempji tal-Ggantija nstabu bosta biccet ta’ fuhhar li llum insibuhom fil-Muzew ta’ l-Arkeologija fic-Cittadella ta’ Ghawdex. F’dan l-istess Muzew hemm ukoll gebla twila li fuqha hemm imnaqqax serp li kien instab fid-dahla ta’ tempju tal-Ggantija.
Il-‘Guinness Book of Records’ meta jitkellem dwar it-tempji tal-Ggantija li ghandna fix-Xaghra jghid: The oldest free standing structures in the world are now believed to be the megalithic temples at Ggantija in Gozo from about 3600 B.C. Dan ifisser li kienu mibnija qabel il-piramidi ta’ l-Egittu u anke’ ezistew qabel Abraham tat-Testment il-Qadim. It-tempji talGgantija ilhom ghalhekk jezistu hafna iktar minn hamest’ elef sena!