BULLETTIN
PARROĊĊA MARIJA BAMBINA
XAGĦRA – GĦAWDEX
5 t’Awwissu, 2012
NIĊĊELEBRAW IL-50 SENA MILL-FTUĦ TAL-M.U.S.E.U.M. TAN-NISA FIX-XAGĦRA
Kien is-26 ta’ Lulju tas-sena 1962, meta l-Fundatur tagħna, San Ġorġ Preca, ingħaqad mal-Ħallieq. Din is-sena fakkarna l-50 sena minn mewtu. Ftit ġranet wara, infetaħ il-Qasam tagħna tax-Xagħra. Kien proprju fid-9 t’Awwissu, 1962, meta Dar oħra Museumina, fejn isir il-Katekiżmu għat-tfal, studenti, żgħażagħ u ġenituri, ġiet miftuħa fix-Xagħra Għawdex. X’barka…! xi grazzja…! post fejn il-Kelma ta’ Alla tiġi mgħallma, “biex Alla jkun magħruf u maħbub”! Ix-xewqa tal-Fundatur tagħna San Ġorġ Preca, kienet “Mgħallem, mhux li kien id-dinja kollha timxi wara l-Evanġelju”.
Nhar il-Ħamis, 9 t’Awwissu, fis-7.30pm, fil-Knisja Bażilika, l-E.T. Monsinjur Isqof Mario Grech, ser imexxi konċelebrazzjoni b’ringrazzjament u radd il-ħajr lil Alla ta’ dak kollu li għamel mal-Qasam Nisa tax-Xagħra matul dawn l-aħħar 50 sena ta’ ħidma. Il-poplu kollu tax-Xagħra huwa mistieden li jattendi.
Inkomplu s-Sibtijiet tal-Bambina
Nhar is-Sibt, 11 t’Awwissu huwa l-Għaxar Sibt tal-Bambina. Fis-7.00pm reċita tar-Rużarju Mqaddes, u fis-7.30pm quddiesa bil-prietka mmexxija minn Patri Ġorġ Camilleri S.J., bis-sehem tal-familji li joqogħdu fit-toroq Ġnien Imrik, Għar ta’ Xerri, Sruġ u Kortoll.
Id-Dedikazzjoni tal-Bażilika ta’ Santa Maria Maggiore
Illum il-Ħadd, 5 t’Awwissu, niċċelebraw flimkien mal-Knisja Bażilika ta’ Santa Maria Maggiore, li magħha l-Bażilika tagħna hija affiljata. F’dan il-jum ningħaqdu spiritwalment billi nisimgħu l-quddies u nitqarbnu. Kull min iżur il-Bażilika jirbaħ l-Indulġenza Plenarja. Morru itolbu quddiem l-istatwa devota tal-Bambina bit-3 Ave Marija qabel ma toħorġu mill-knisja.
Inħeġġu għall-Festa
Issa li l-ġranet tal-festa tal-Bambina qegħdin kull ma jmur joqorbu, inħeġġu biex inlestu l-arbli bil-bnadar u d-dawl blu. Tajjeb li nżejnu t-twieqi u l-galleriji tad-djar tagħna. Poġġu xbieha jew statwa sabiħa tal-Bambina fejn tidher u titgawda. Dawk kollha li jixtiequ liedna biex izejnu galleriji jew arbli, jordnawha miċ-Ċentru tal-Vokazzjonijiet.
Tagħrif u Teftif
- Qegħdin fil-Kwindiċina tal-Assunta. Inkomplu nitħejjew għall-festa tat-Tlugħ fis-Sema tal-Verġni Mbierka. Nitħejjew fit-talb, u partikularment billi nisimgħu l-quddiesa ta’ kuljum u ngħidu din it-talba: O Marija wisq grazzjuża,………
- Logħob il-Vitorja: Ser issir edizzjoni oħra ta’ Sports marbut mal-istorja tar-raħal tax-Xagħra. Inħeġġu ħafna żgħażagħ minn kull parti tax-Xagħra biex jinkitbu u jieħdu sehem f’din l-attività.
- Ġabra mill-Kumitat tan-nar. Il-Ħamis 9 t’Awwissu, il-Ġimgħa 10 t’Awwissu il-Kumitat tan-Nar ser jagħmel il-ġabra bieb bieb mill-4.00pm ’l quddiem u s-Sibt mit-8.00am ’l quddiem, mar-raħal kollu. Ngħinu mill-aħjar li nistgħu.
- Donazzjonijiet għall-manutenzjoni tal-Koppla: N.N.-€1000; N.N.-€200, N.N.-€100
- San Lawrenz Martri u Levita. Nhar il-Ġimgħa, 10 t’Awwissu, hija l-festa liturġika ta’ San Lawrenz Martri u Levita. Nitolbu bl-interċesssjoni tiegħu quddiem il-kwadru devot fuq l-altar tiegħu li għadu kemm ġie restawrat.